Futbol lokali
John Buttigieg jirriżenja minn kowċ ta’ B’kara

Birkirkara FC ikkonfermaw li l-kowċ John Buttigieg irriżenja mill-kariġa u li din ir-riżenja ġiet aċċettata mill-klabb Karkariż. Buttigieg kien inħatar kowċ tal-Istripes f’April li għadda matul staġun turbulenti fejn qablu kien hemm Paul Zammit, Bjorn Arne Riise u Mark Buttigieg. Huma fil-fatt spiċċaw fis-seba’ post tal-klassifika.

Minkejja suq ta’ trasferimenti impressjonanti, Birkirkara bdew il-kampjonat b’żewġ telfiet kontra Floriana u Senglea Athletic rispettivament. Għadu mhux magħruf min ser jieħu post Buttigieg minkejja li fl-aħħar siegħat saru kuntatti kemm ma’ coaches lokali kif ukoll barranin.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Birkirkara għaddew għall-kwarti tal-finali tal-FA Trophy meta għelbu lil Mosta bl-iskor ta’ 2-1. Fil-25 minuta Mosta ħolqu l-ewwel okkażjoni tagħhom meta xutt minn barra l-kaxxa ta’ Mattias Muchardi spiċċa barra….

Futbol lokali

Malta se tkun qed tilgħab il-partiti ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA EURO 2022 Futsal Qualifying Tournament bejn id-29 ta’ Jannar u l-1 ta’ Frar. Fi Grupp C ma’ Malta hemm il-Greċja, il-Polonja…

Futbol lokali

Il-klabb tal-Premier Santa Lucia nieda kampanja kontra r-razzismu bl-isem ta’ ‘Football has no Skin Tone’. L-għan aħħari ta’ din il-kampanja hu li ssir ġlieda bla preċident kontra r-razzismu fil-futbol lokali….

Futbol lokali

Bejn il-Ġimgħa u l-Ħadd tmien logħbiet mir-Raba Round tal-FA Trophy, għada Birkirkara jiltaqgħu kontra Mosta. Erbgħa logħbiet is-Sibt fis-Centenary Stadium Pieta Hotspurs jilgħabu kontra Xewkija Tigers, Pembroke Athleta kontra Hibernians,…

Aktar