Futbol internazzjonali
John Terry iħalli lil Aston Villa … qed jaspira li jkun manager

Aston Villa kkonfermaw li l-assistant manager John Terry ħalla l-klabb. L-ex Chelsea kien ilu fit-tmexxija tal-Villains għal kważi tliet snin u kien qed jassisti lil Dean Smith. Huwa kien strumentali biex Aston Villa ħadu l-promozzjoni għall-Premier League fl-2019.

John Terry kien ingħaqad m’Aston Villa bħala plejer fl-istaġun 2017/18, fejn anke kien captain tat-tim. Huwa kien wassal lit-tim sal-finali tal-play-off meta dakinhar kienu tilfu ma’ Fulham 0-1.

Jidher li Terry telaq lil Aston Villa għax qed jaspira li jkun manager, u għamilha ċara li wara ftit jiem mal-familja, ser iżutr xi klabbs u managers differenti madwar l-Ewropa sabiex jilħaq l-objettiv tiegħu. Dean Smith qal li kien ta’ diżappunt li jitlef lil Terry imma awguralu għall-futur.

Il-karriera ta’ plejer kienet waħda pjuttost ikkulurita għal John Terry. Ma’ Chelsea rebaħ ħames darbiet il-Premier League.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA