Ċikliżmu
John Zammit rikonfermat President filwaqt li Joe Bajada jibqa’ Segretarju Ġenerali

John Zammit li ilu għal iktar minn 50 sena fix-xena taċ-Ċikliżmu lokali se jibqa’ fit-tmexxija tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu għal sentejn oħra wara li waqt il-Laqgħa Annwali Ġenerali li nżammet dan l-aħħar rebaħ l-elezjoni għall-President meta kien ikkontestat minn Stephen Mifsud. John Zammit s’issa ilu 17 -il sena fit-tmun tal-Federazzjoni. Daniel Borg Oliver żamm ukoll postu bħala Teżorier wara li hu wkoll rebaħ lill-kontestant Ryan Spiteri. Joe Bajada minn naħa tiegħu kien ikkonfermat bħala Segretarju Ġenerali tal-istess Federazzjoni wara li ma kienx ikkontestat.

Ir-Riżultat tal-elezzjoni kien dan:

President: John Zammit 11 – Stephen Mifsud 7

Teżorier: Daniel Borg Olivier 10 – Ryan Spiteri 8

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Ċikliżmu

Tħabbret il-mewt ta’ Mario Iriolo, ex-Segretarju tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu fl-għomor ta’ 68 sena. Huwa kien attiv ħafna fil-kommunità Mostija fejn għamel ħafna ġid fosthom fl-istess Federazzjoni tagħna, f’għaqdiet tal-parroċċa Mostija, f’oqsma…

Ċikliżmu

Iċ-ċiklist mill-Afrika t’Isfel Nicholas Dlamini sofra minn ksur f’idu wara argument li qam bejnu u bejn il-park rangers waqt li kien għaddej bir-rota mill-Park Nazzjonali Table Mountain. Stqarrija li ħarġu…

Aktar