Motorsport
Jonathan Bruno jinħatar Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport

Jonathan Bruno huwa s-Segretarju Ġenerali ġdid tal-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport. Huwa nħatar waqt laqgħa straordinarja tal-Federazzjoni li saret it-Tnejn 30 t’Awwissu ġewwa lukanda ewlenija f’San Ġiljan.

Bruno mhuwiex wiċċ ġdid għall-motorsport. Fil-passat okkupa diversi karigi fl-amministrazzjoni tal-Federazzjoni u fil-preżent jokkupa żewġ karigi oħra: Delegat Sportiv għall-Offroad u Rappreżentant tal-Federazzjoni fis-Central European Zone.

Jonathan Bruno mistenni jservi fil-kariga ta’ Segretarju Ġenerali sa Novembru 2024.

L-amministrazzjoni tal-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport hija komposta minn: Duncan Micallef – President, William England – Viċi President, Jonathan Bruno – Segretarju Ġenerali, Oliver Attard – Viċi Segretarju u Ruben Galea – Teżorier.

Barar dawn, ftit tal-ġimgħat ilu, l-Inġinier Joseph Grech ġie ssekondat bħalha impjegat mal-Federazzjoni.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA