Mountain Bikes
Jonathan Darmanin jirbaħ il-Kampjonati Downhill tal-Mountain Bike 

Il-kampjonati li saru dan l-aħħar f’Selmun raw sbatax-il rider jikkompetu fuq rotta teknika għall-aħħar. It-terren sar aktar diffiċli minħabba x-xita qawwija li niżlet qabel il-ġurnata tat-tellieqa. Dan irriżulta f’korsa aktar teknika mis-soltu li kien jirrikjedi livell tajjeb ta’esperjenza u preċiżjoni sabiex il-ħin ta’ kwalifikazzjoni jkun baxx kemm jista jkun. 

L-aħjar ħin ta’ kwalifikazzjoni kien irreġistrat minn Damian Camilleri li mexxa l-kumplament taċ-ċiklisti tal-kategorija Elite li kienu jinkludu Jonathan Darmanin, Robert Magro, Damian Camilleri, Luca Grixti u Darrell Fiorini.

It-taqtiha għar-rebħa kienet waħda kbira minħabba li l-ewwel tlett ċiklisti rreġistraw l-istess ħin. Kien inqas minn ftit sekondi d-distakk ta’ bejniethom.  It-tellieqa ntrebħet minn Jonathan Darmanin, li kien segwit minn Robert Magro u Damian Camilleri li ħadu it-tieni u t-tielet post rispettivament.

L-azzjoni spettakolari li dawn it-tip ta’ tlielaq jagħtu fissret li il-korsa laqgħat folla kbira ta’ spettaturi li kienu qedgħin jinkoraġġixxu lil-kompetituri matul it-tellieqa.

L-isport tad-downhill tal-mountain bike huwa tellieqa kontra il-ħin li jirrijkedi teknika tajba. Dawn it-tip ta’ tlielaq huma essenzjalment prova tal-ħin individwali. Iċ-ċiklisti huma meħtieġa jieħdu sehem f’sensiela ta’ dawrien fuq ir-rotta f’temp ta’ siegħa sabiex jiġu kklassifikati f’kategorija skond id-dawrien miksubin f’dik is-siegħa. 

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Mountain Bikes

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Mountain Bike ħabbret il-kalendarju tagħha għall-2020. L-istaġun jibda l-Ħadd 19 ta’ Jannar fl-Imġarr. In-National Point Series ser tkun tikkonsisti f’ħames tlielaq mifruxa fuq il-perjodu bejn Jannar u Lulju….

Aktar