Sport Lokali
Jordan Camilleri jsegwi lil ħuħ Stevie u jingħaqad ma’ Roma Nuoto

Jordan Camilleri ser jimxi wara l-passi ta’ ħuħ Stevie Camilleri b’esperjenza ġdida l-istaġun li ġej fil-kampjonat Taljan A1 ma’ Roma Nuoto.

Camilleri li għandu 25 sena huwa plejer versatili u fost l-aħjar plejers għal Neptunes fl-isfida tagħhom bħalissa li jirbħu l-Kampjonat tas-Sajf.

Huwa kien ukoll parti mill-iskwadra Nazzjonali li x-xahar li għadda ħadet sehem fil-Kampjonat Ewropew f’Barcelona.

F’kumment lis-sit ta’ Roma Nuoto, Jordan Camilleri qal li jinsab motivat għal din l-esperjenza ġdida u grat li Roma Nuoto li tawh din l-opportunita jkompli l-karriera barra l-pajjiż.

Tenna li ħa din id-deċiżjoni wara li tkellem ma’ ħuħ Stevie, żied li jinsab konvint li t-team se jagħmel success, waqt li esprima t-tama li huwa ukoll jista’ jkun ta’ kontribut biex il-klabb ta’ Roma Nuoto l-istaġun li ġej jilħaq l-objettivi tiegħu.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Tennis

Il-Ġappuniża Naomi Osaka kellha b’rebħa tajba kontra Dominika Cibulkova b’sets ta’ 6-2 u 6-1 f’Tokjo. Osaka, li għelbet lil Serena Williams fil-finali tal-US Open, saret l-ewwel Ġappuniża li rebħet finali…

Regatta

TVM Sport jinsab infurmat lil bħalissa għadejja negozjati mal-ex President tal-Club tar-Regatta tal-Isla Charmaine Gerada sabiex din tirritorna fit-tmexxija tal-Club. In-nixfa ta’ suċċessi fl-aħħar snin mhux biss ta’ Shields iżda…

Ċikliżmu

Simon Yates rebaħ it-titlu tal-Vuelta ta’ Spanja biex l-Ingilterra għaqdet hat-trick ta’ rebbieħa mill-pajjiż tagħha fil-Grand Tours għall-2018. Yates, ta’ 26 sena, iddefenda l-vantaġġ ta’ minuta u 46 sekonda li…

Motorsport

Is-Sewwieq veteran u President ta’ Autodromo ta’ Pergusa f’Enna fi Sqallija Mario Sgro se jkun qed iżur Malta biex iwassal opportunità lid-dilettanti kollha ta’ dan l-isport. Mario Sgro hu wkoll…

Aktar