Futbol internazzjonali
Jordan Henderson barra għall-aħħar erba’ partiti tal-istaġun

Il-captain ta’ Liverpool Jordan Henderson mhux se jilgħab għall-kumplament tal-istaġun minħabba injury fl-għaksa.

Liverpool fadallhom jilagħbu erba’ partiti sakemm jingħataw it-trofew għat-titlu ta’ champions.

Minkejja dan, Henderson se jkun qed jgħolli t-trofew ta’ champions xorta waħda.

Din l-aħbar għamilha uffiċjali l-manager ta’ Liverpool stess, Juergen Klopp.

Henderson skurja fl-aħħar ħarġa ta’ Liverpool fir-rebħa ta’ 3-1 kontra Brighton.

Henderson ta’ 30 sena jkun jista’ jilgħab hekk kif jibda staġun ġdid.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-winger ta’ Borussia Dortmund Jadon Sancho ftiehem ma’ Manchester United dwar il-paga li ser jaqla’ f’Old Trafford. Iż-żagħżugħ t’20 sena għamilha ċara ma’ Dortmund li jixtieq jirritorna l-Ingilterra matul dan…

Futbol internazzjonali

Wara tant stennija, u wara li l-kampjonati domestiċi madwar l-Ewropa twasslu għat-tmiem tagħhom ħafna iktar tard mis-soltu, din il-ġimgħa sa fl-aħħar jirritornaw il-kompetizzjonijiet tal-UEFA għall-clubs li kien ilhom sospiżi minn…

Futbol internazzjonali

Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Football, il-FIFA, iddeskriviet id-deċiżjoni tal-awtoritarjiet Żvizzeri li jiftħu proċeduri kriminali kontra l-President Gianni Infantino bħala assurda. Il-każ huwa dwar laqgħat li Infantino kellu mal-Avukat Ġenerali Żvizzeru Michael Lauber….

Futbol internazzjonali

Lecce 3   Parma 4 Lecce tilfu l-aħħar logħba tagħhom fis-Serie A meta laqgħu għandhom lil Parma u tilfu 4-3. Parma fetħu żewġ gowls vantaġġ qabel in-nofs siegħa logħob meta l-ewwel…

Aktar