Futbol internazzjonali
Jordi Cruyff jinħatar kowċ tat-tim nazzjonali tal-Ekwador

L-ex player ta’ Barcelona u Manchester United, u l-ex kowċ tat-tim nazzjonali Olandiż Jordi Cruyff, inħatar bħala l-kowċ il-ġdid tat-tim nazzjonali tal-Ekwador. Jordi Cruyff kien temm il-karriera tiegħu bħala plejer ma’ Valletta fl-istaġun 2009/10, imbagħad kellu suċċess bħala direttur sportiv ma’ timijiet f’Ċipru u l-Iżrael. Qabel ma’ nħatar kowċ tal-Ekwador, Cruyff kien qiegħed imexxi lill-klabb Ċiniż, Chongqing Dangdai Lifan.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Bejn illejla u t-Tnejn li ġej tintlagħab id-29 ġurnata tal-Bundesliga, b’Bayern Munich jittamaw li jersqu pass eqreb lejn it-titlu meta għandhom 7 punti vantaġġ fuq Borussia Dortmund. Il-logħob kollu ta’…

Futbol internazzjonali

Il-Kampjonat Premier Ingliż ser jirritorna fis-17 ta’ Ġunju wara li l-amministrazzjoni tal-Premier League ltaqgħet mal-20 klabb tal-ogħla diviżjoni fl-Ingilterra. Il-kampjonat mistenni jirritorna matul il-ġurnata tal-Erbgħa, bil-logħbiet Aston Villa – Sheffield…

Futbol internazzjonali

Il-FIFPro l-Assoċjazzjoni internazzjonali tal-players tal-football qalet li tinsab inkwetata ferm bis-sitwazzjoni tal-kontinwazzjoni tal-kampjonati domestiċi fl-Ewropa fosthom fl-Ingilterra, fl-Italja u anke fil-Ġermanja fost pajjiżi oħra. Vincent Gouttebarge f’isem il-FFPro f’intervista mal-ġurnal…

Futbol internazzjonali

Ianis Hagi iben l-eks internazzjonali Rumen Gheorghe Hagi iffirma kuntratt li se jorbtu mal-Club Skoċċiż ta’ Rangers minn tal-inqas għal tliet staġuni oħra. Hagi ta’ 21 sena u li diġa’…

Aktar