
Futbol lokali
Jose Borg se jinħatar kowċ tal-klabb Kanadiż, Manitoba FC
Jose Borg se jkun qed jinħatar fil-kariga ta’ kowċ tal-klabb Kanadiż, Manitoba FC.
It-tim ta’ Manitoba normalment jilgħab fil-kampjonat Amerikan USL, ir-raba’ l-aktar kampjonat ta’ saħħa fl-Istati Uniti.
Minkejja dan, fl-istaġun li ġej, Manitoba se jkunu qed jipparteċipaw fil-kampjonat Kanadiż peress li l-kampjonat li normalment jikkompetu fih fl-Iststi Uniti, twaqqaf minħabba l-pandemija tal-COVID-19.
Jose Borg ikkowċja f’Malta fil-Kampjonat Premier lil Luxol St Andrews u Tarxien Rainbows.
Borg kien involut ukoll fil-futbol tan-nisa ma’ Hibernians, Raiders Luxol u anki Birkirkara.