Futbol internazzjonali
Jose Mourinho f’kontroversja oħra wara r-rebħa ta’ Manchester UTD fuq Juventus

Il-maniġer ta’ Manchester United, il-Portugiż Jose Mourinho, reġa’ daħal f’kontroversja oħra wara li ntemmet il-logħba kontra Juventus f’Turin, li l-United irnexxielhom idawru fl-aħħar minuti biex rebħu bl-iskor ta’ 2-1.

Kien Cristiano Ronaldo li fetaħ l-iskor għall-Juventini fil-65 minuta, u t-Taljani anke laqtu l-lasta darbtejn, tant li dehru li kienu ser jieħdu t-tliet punti u allura kwalifikazzjoni awtomatika mill-grupp fir-Rawnd tas-16. Imma fl-aħħar 4 minuti kollox inqaleb ta’ taħt fuq. Mourinho nduna li fl-attakk il-United kienu batuti u allura tefa’ lil Mata, Fellaini u Rashford fuq quddiem, biex l-Ispanjol Mata, fis-86 minuta, bi ġmiel ta’ freekick irnexxielu jsib ix-xibka u għamel l-iskor 1-1. Fid-90 minuta, minn freekick ieħor, inħolqot konfużjoni sħiħa quddiem il-lasta ta’ Juventus, b’Leonardo Bonucci jispiċċa jitfa’ l-ballun fix-xibka tiegħu stess biex Manchester UTD ħarġu rebbieħa 2-1 f’Turin, bil-partitarji Juventini jaqgħu f’silenzju assolut.

B’din ir-rebħa Manchester United saru l-ewwel tim Ingliż li rebaħ lill-Juventus f’Turin fi 15-il sena, meta kienu l-istess United li fl-2003 kienu għelbu lill-istess Juventus 3-0, dakinhar fl-Istadio delli Alpi. Eżatt malli spiċċat il-logħba, Mourinho deher joħroġ fil-grawnd b’idejh ma’ widnejh, biex juri li mhux jisma’ aktar lill-partitarji tal-Juventus. Din il-mossa ġabet reazzjoni qawwija minn ċertu plejers Juventini, fosthom il-captain Giorgio Chiellini, li deher jiġri għal fuq Mourinho biex iwaqqfu. Fil-konferenza tal-aħbarijiet li segwit wara l-logħba, Mourinho qal li m’għamel xejn ħażin, sempliċiment mossa ħafifa għaliex ma baqax jisma’ t-tgħajjir mingħand il-partitarji Juventini.

B’din ir-rebħa, Manchester United saħħew it-tieni post fi Grupp H meta issa għandhom 7 punti, tnejn inqas minn Juventus li jinsabu l-ewwel b’9. Fit-tielet post hemm il-Valencia b’5 punti u fl-aħħar post it-tim tal-Young Boys b’1 wieħed biss.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

TVMSport jista’ jiżvela li l-President tal-club Taljan Juventus Andrea Agnelli se jkun hawn Malta f’Ġunju għal asssemblea ġenerali straordinarja tal-European Club Association – ECA – li tħaddan clubs li jilagħbu…

Futbol internazzjonali

L-ex President ta’ Barcelona Sandro Rosell inħeles mill-akkużi miġjuba kontrieh dwar investigazzjoni ta’ ħasil ta’ flus. Rosell kien ilu arrestat 20 xahar. Din l-aħbar ikkonfermaha dokument tal-Qorti fejn tressaq Rosell….

Futbol internazzjonali

Bejn illejla u għada jintlagħbu t-tieni legs tas-semifinali tal-Coppa Italia. F’San Siro, illejla Milan jilqgħu lil-Lazio wara li fl-Olimpico fl-ewwel leg, il-konfront spiċċa fid-draw ta’ mingħajr gowls. Il-konfront tal-lejla ser…

Futbol internazzjonali

Tottenham H. 1 Brighton 0 Tottenham Hotspur resqu pass eqreb lejn post fil-UEFA Champions League fl-istaġun li ġej meta f’darhom għelbu lill-Brighton bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl kien skurjat fit-88 minuta…

Aktar