Futbol internazzjonali
Jose Mourinho jerġa’ fl-aħbarijiet

Il-maniġer Portugiż ta’ Manchester UTD donnu ma jistax ineħħi l-attenzjoni tal-media minn fuqu. Forsi kultant jagħmilha apposta, inkella jista’ jkun li l-pressjoni tal-aħħar riżultati mar-Red Devils qiegħda tagħmel tagħha. Wara li s-Sibt li għadda Mourinho reġa’ kien fl-aħbarijiet għal dak li ġara qrib il-bank tas-sostituti malli Chelsea ġabu d-draw mas-6 minuta fuq il-ħin regolamentari, issa qiegħed jissemma’ li jista’ jirritorna f’Madrid bħala kowċ tat-tim ta’ Real.

Jidher li l-kowċ preżenti ta’ Real Madrid, Julien Lopetegui, ma tantx fadallu qabel jitkeċċa wara serje ta’ riżultat negattivi. Jista’ jkun li ċ-ċirasa fuq il-kejk tkun l-El Clasico ta’ tmiem il-ġimgħa li ġej meta Real jaffaċċjaw lil Barcelona, jew inkella l-logħba taċ-Champions League għada kontra Viktoria Plzen. Real Madrid ilhom ħames logħbiet ma’ jirbħu, b’481 minuta bla goal, l-aktar ħin li damu biex jiskurjaw fil-116-il sena ta’ storja tagħhom.

Għal Lopetegui xejn mhu ġej tajjeb. L-ewwel spiċċa tkeċċa minn kowċ tat-tim nazzjonali Spanjol eżatt qabel bdiet it-Tazza tad-Dinja 2018 minħabba li Real Madrid ħabbru li kien ser ikun il-kowċ il-ġdid tagħhom, imbagħad il-bidu f’La Liga huwa altru milli tajjeb. Minn meta telaq Cristiano Ronaldo ma’ Juventus tħalla vojt li s’issa għadu ma mteliex, u jidher ċar li l-Madrileni għadhom ma sabux sostitut għall-Portugiż.

Għalkemm fil-bidu beda jissemma t-Taljan Antonio Conte, jidher li f’daqqa waħda l-attenzjoni daret fuq Jose Mourinho, u hemm l-għidut li t-tmexxija ta’ Real Madrid lesti jistennew lill-Portugiż anke sa tmiem l-istaġun, jekk ikun hemm il-bżonn. Mourinho diġa’ kien kowċ tal-Madrileni u fi żmienu Real kienu rebħu l-kampjonat La Liga, it-Tazza tar-Re u s-Super Cup Spanjola f’temp ta’ tliet snin.

Jidher li fil-mument, Real Madrid jistgħu jduru għal Solari sakemm Mourinho jew jitkeċċa minn ma’ Manchester United, inkella jitlaq hu fi tmiem l-istaġun. Issemma’ wkoll il-kowċ tat-tim nazzjonali Belġjan Roberto Martinez, imma jidher li dan jinsab wara Conte fil-lista, u allura probabbli jibqa’ jmexxi lit-tim tal-Belġju.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

TVMSport jista’ jiżvela li l-President tal-club Taljan Juventus Andrea Agnelli se jkun hawn Malta f’Ġunju għal asssemblea ġenerali straordinarja tal-European Club Association – ECA – li tħaddan clubs li jilagħbu…

Futbol internazzjonali

L-ex President ta’ Barcelona Sandro Rosell inħeles mill-akkużi miġjuba kontrieh dwar investigazzjoni ta’ ħasil ta’ flus. Rosell kien ilu arrestat 20 xahar. Din l-aħbar ikkonfermaha dokument tal-Qorti fejn tressaq Rosell….

Futbol internazzjonali

Bejn illejla u għada jintlagħbu t-tieni legs tas-semifinali tal-Coppa Italia. F’San Siro, illejla Milan jilqgħu lil-Lazio wara li fl-Olimpico fl-ewwel leg, il-konfront spiċċa fid-draw ta’ mingħajr gowls. Il-konfront tal-lejla ser…

Futbol internazzjonali

Tottenham H. 1 Brighton 0 Tottenham Hotspur resqu pass eqreb lejn post fil-UEFA Champions League fl-istaġun li ġej meta f’darhom għelbu lill-Brighton bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl kien skurjat fit-88 minuta…

Aktar