Futbol internazzjonali
Jose Mourinho jirritorna f’daru f’Londra bl-affarijiet li kellu fuq il-post tax-xogħol

Jose Mourinho rritorna f’daru f’Londra bl-affarijiet li kellu fis-sede ta’ Tottenham Hotspur hekk kif ilbieraħ tkeċċa mill-kariga.

Mourinho kien ilu fil-kariga 17-il xahar u tkeċċa sitt ijiem qabel il-finali tal-League Cup.

Fl-aħħar sigħat, Tottenham ikkonfermaw ukoll li l-Portugiż kien tneħħa flimkien mal-istaff tekniku tiegħu kollu.

L-aħbar ta’ Mourinho waslet fl-istess għodwa li ħarġet l-aħbar li Tottenham Hotspur hu wieħed mit-timijiet li aċċettaw li jipparteċipaw fis-Super League.

Mourinho, ta’ 58 sena, dam manager ta’ Tottenham għal 86 partita.

 

Miktub minn...
TVM Sport