Futbol lokali
Josef Mansueto jtemm l-avventura tiegħu ma’ Gudja Utd

Gudja United staġun ieħor se jkollhom coach ġdid hekk kif il-coach li kien magħhom dawn l-aħħar żewġ staġuni Josef Mansueto mhux se jkompli fil-kariga.

Dan ikkonferma Mansueto stess fejn qal li kienu żewġ staġuni li mhu se jinsa qatt. Hu rringrazzja lil dawk il-players kollha u l-istaff tekniku li għamlu l-ħolma ta’ Gudja United li jkunu biswit l-iktar Clubs popolari fil-futbol lokali bħala realta’. Hu rringrazzja lill-President Duncan Borg Myatt li fdah fit-tmun tat-team għal żewġ staġuni; l-ewwel bil-promozzjoni mill-ewwel diviżjoni għall-kampjonat Premier u wara l-istaġun 2019/20 fejn Mansueto għin lil dan it-team minn raħal żgħir iżomm postu mal-kbar.

Qabel ma waqaf il-kampjonat Gudja kienu fl-10 post tal-klassifika flimkien ma’ Sliema b’24 punt fejn minn 20 logħba huma rebħu 6, ġew draw 6 u tilfu 8 logħbiet. Fost il-logħbiet li rebħu kien hemm dawk kontra Birkirkara (3-2) fid-disa’ ġurnata tal-kampjonat u kontra Valletta (2-0) fl-aħħar ġurnata qabel ma’ ġie sospiż l-istaġun.

TVM Sport infurmat li Mansueto se jibda proġett ieħor ta’ coaching fis-settur taż-żgħażagħ.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

F’kitba li tella’ fuq il-profil tiegħu ta’ facebook ftit tal-ħin ilu, Paul Zammit, ħabbar li m’għadux kowċ ta’ Gżira United. Zammit qal li wara diskussjonijiet mal-President Sharlon Pace, intlaħaq qbil…

Futbol lokali

L-ex plejer nazzjonali Noel Turner inħatar Direttur Tekniku tal-Youths ta’ Sliema Wanderers FC. Turner hu ex plejer u captain ta’ Sliema Wanderers FC li magħhom rebaħ kull unur possibbli fil-futbol…

Futbol lokali

Illejla l-MFA u l-President Bjorn Vassallo taw l-ewwel reazzjoni tagħhom wara l-Kunsill tat-Tnejn li għadda fejn fih ittieħdu l-voti dwar l-eżitiċi finali tal-klassifiċi. F’konferenza stampa ta’ aktar minn siegħa li…

Futbol lokali

Bjorn Vassallo, il-President tal-Malta Football Association, se jkun qed jitkellem f’konferenza tal-aħbarijiet, illum fus-19.00. Il-konferenza se tixxandar diretta fuq TVM2. Il-President tal-MFA se jkun qed jitkellem għall-ewwel darba minn wara…

Aktar