Boxing
Joshua jirbaħ b’Knock Out kontra Klitchko fil-11 -il Round quddiem 90,000 ruħ

Boxing Internazzjonali: Il-ġlieda tant mistennija tal-heavyweight bejn il-Brittaniku Anthony Joshua u r-Russu Vladimir Klitchko ntemmet f’rebħa għal Joshua permezz ta’ Knock Out fil- 11 -il round.

Il-ġlieda li saret fil-Wembley Stadium ta’ Londra quddiem 90,000 spettatur kienet deskritta bħal roller coaster hekk kif iż-żewġ boxers kienu viċin li jitilfu u jirbħu għal diversi drabi b’Joshua u Klitchko jmiddu lil-xulxin fuq it-tapit kemm il-darba fl-10 rounds preċedenti qabel ma ntemmet il-ġlieda. Iżda l-11 -il Round kien deċiżiv hekk kif Joshua li għad għandu 26 sena medd mal-art lir-Russu veteran ta’ 41 sena.

F’kummenti li ta’ immedjatament wara t-telfa Klitchko żvela li fil-kuntratt li ffirmaw il-boxers mal-promoturi ta’ din il-ġlieda hemm klawżola li min jitlef jista’ jitlob re-match u hekk qal li se jagħmel.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.