Judo
Judo: Imut l-ex Champion tad-Dinja Craig Fallon

Craig Fallon, l-ex Champion tad-Dinja tal-judo, instab mejjet il-Ħadd li għadda.

Fallon, ta’ 36 sena, kien ġie rrapurtat nieqes ġurnata qabel.

Hu kien għadu kemm ġie appuntat bħala l-Head Coach tal-Assoċjazzjoni tal-Judo ta’ Wales.

L-Ingliż kien sar Champion tad-Dinja fl-2005, fl-età ta’ 23 sena.

L-Ingliż irtira mill-judo kompetittiv fl-2011.

Hu kien beda jippratika l-judo fl-etàta’ 8 snin u akkwista l-black belt fl-età ta’ 15-il sena.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Judo

31 atleta lokali mill-Federazzjoni Maltija tal-Karate (MKF) se jkunu qed jikkompetu f’San Marino. L-atleti, li għandhom bejn 13 u 23 sena, se jieħdu sehem fir-raba’ edizzjoni tal-Kamjonati Ewropej tal-Pajjiżi ż-Żgħar…

Aktar