Futbol internazzjonali
Julen Lopetegui huwa l-kowċ il-ġdid ta’ Real Madrid

It-tim ta’ Real Madrid ħabbru l-kowċ il-ġdid tagħhom, Julen Lopetegui li se jibda jmexxi t-tim tal-Bernabeu wara li tintemm l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja. Dan għaliex Lopetegui bħalissa jinsab mat-tim nazzjonali Spanjol bħala l-head coach. Lopetegui ffirma kuntratt ta’ tliet snin mal-Madrileni wara li għall-aħħar sentejn kien mat-tim nazzjonali Spanjol. Kienu ħafna dawk li ma kenux qegħdin jistennew din l-aħbar, tlett ijiem biss qabel it-tim nazzjonali Spanjol jilgħab l-ewwel logħba tal-grupp kontra l-Portugall.

Lopetegui li għandu 51 sena, lagħab mat-tim ta’ Real bejn l-1988 u l-1991 bħala goalkeeper, biss deher bejn il-lasti tal-Madrileni darba biss qabel ingħaqad mar-rivali Barcelona.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

David Silva jirtira mit-Team Nazzjonali Spanjol bl-aħħar dehra tiegħu għal pajjizu tkun l-eliminazzjoni bikrija għall-ex Champions tad-Dinja fil-fazi tal-aħħar Sittax fl-aħħar edizzjoni dan is-sajf fir-Russja kontra l-istess Russi bil-penalties. Il-midfielder…

Futbol internazzjonali

Fiorentina akkwistaw uffiċjalment lill-midfielder Żvizzeru Edimilson Fernandes mingħand West Ham. Il-klabb Vjola permezz tas-sit uffiċjali kkonferma din l-aħbar hekk kif Edimilson issieħeb ma’ Fiorentina b’self għal staġun bil-klabb ikollu l-għażla…

Aktar