Futbol internazzjonali
Julian Nagelsmann għandu l-Covid-19

Il-kowċ ta’ Bayern Munich Julian Nagelsmann għandu l-Covid-19.

Ilbieraħ il-kowċ ma kienx fuq il-bank għar-rebħa tajba li ħadu Bayern fuq Benfica fil-UEFA Champions League. Matul il-ġurnata Nagelsmann kellu sintomi simili bħal tal-influwenza, bit-tobba bagħtu messaġġ lill-assistenti tiegħu li ma setax ikun preżenti għall-konfront ta’ filgħaxija.

Julian Nagelsmann kien diġà tlaqqam għall-Covid-19, biss il-virus qabdu xorta waħda. Huwa vvjaġġa lejn Munich dalgħodu fuq ajruplan mediku, separatament mit-tim li s-Sibt li ġej ser jaffaċċja lil Hoffenheim fil-Bundesliga.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA