Local Sports
Julian Pace Bonello appuntat membru fil-Kumitat Internazzjonali tal-Logħob tal-Mediterran

Il-President tal-Kumitat Olimpiku Malti, Julian Pace Bonello, ġie appuntat membru fil-Kumitat Internazzjonali tal-Logħob tal-Mediterran (ICMG).

Din il-ħatra ġiet fis-seħħ aktar kmieni din il-ġimgħa waqt il-laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv tal-ICMG, li saret f’Ateni.

In-nomina segwiet l-inizjattiva tal-President tal-ICMG, is-Sur Davide Tizzano, li bi qbil unanimu tal-Kumitat Eżekuttiv ippropona l-ħatra, skont id-dispożizzjonijiet taċ-Charter tal-ICMG.

Il-KOM u l-ICMG ilhom snin jaħdmu lejn il-promozzjoni tal-isport.

Il-ħatra se tkun għal perjodu ta’ erba’ snin sal-2025.

Miktub minn...
TVM Sport