Ċikliżmu
Julien Bernard jirbaħ it-tieni stadju tat-Tour de France virtwali

Forsi qatt ma rebaħ stadju fir-realtà, imma Julien Bernard irnexxielu jirbaħ it-tieni stadju virtwali tat-Tour de France. F’finali missielta, iċ-ċiklisti tellqu kontra xulxin mill-kumdità ta’ djarhom, biex ikkompetew għal 29.5 kilometri. It-Tour de France suppost kellu jsir matul dan ix-xahar imma minħabba l-pandemija tal-Covid-19 ġie pospost għall-aħħar t’Awwissu.

Matul it-tellieqa Julien Bernard kien wara Freddy Ovett u Michael Woods, imma rnexxilu jlaħħaq magħhom sabiex fl-isprint finali wasal l-ewwel. Fit-tieni stadju tat-tellieqa virtwali kienu qed jieħdu sehem diversi ċiklisti ta’ isem, fosthom Geraint Thomas li rebaħ it-Tour sentejn ilu.

It-tellieqa tan-nisa rebħitha Lauren Stephens, li wkoll irnexxilha tidħol l-ewwel fl-isprint finali quddiem erba’ ċiklisti oħra.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Ċikliżmu

L-Organizaturi tal-Giro D’Italia ta’ din is-sena uffiċjaliżżaw il-programm tat-tappi tal-edizzjoni 2020. Oriġinalment l-edizzjoni tal-Giro D’Italia ta’ din is-sena kellha tibda fl-Ungerija iżda minħabba ċ-ċirkostanzi preżenti ta’ ċertu restrizzjonijiet fl-Ewropa ġie…

Ċikliżmu

L-organzizaturi tat-Tour de France ddeċidew li t-tellieqa tas-sena d-dieħla jmexxuha ‘l quddiem b’ġimgħa sabiex ma taħbatx mal-Olimpjadi ta’ Tokjo. Fl-2021 it-Tour mistenni jibda fis-26 ta’ Ġunju u jibqa’ sejjer sat-18…

Ċikliżmu

Ċikliżmu: Ilbieraħ sar il-Kampjonat Nazzjonali tat-time trail organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu fejn kien hemm suċċess għat-Team tal-Greens li rebaħ iż-żewġ kategoriji prinċipali. Etienne Bonello żamm it-titlu ta’ Champion b’Michelle Vella…

Ċikliżmu

Team Ineos ħabru li se jkunu qed jibdlu isimhom għall-edizzjoni li jmiss tat-Tour de France. L-ikbar Team fiċ-ċikliżmu professjonali ħabbar li l-isem il-ġdid tagħhom se jkun Ineos Grenadiers. L-isem ittieħed…

Aktar