Futbol lokali
Jurgen Borg isir plejer ta’ Tarxien Rainbows

Il-gowlkiper Jurgen Borg ingħaqad ma’ Tarxien Rainbows.

Borg ta’ 25 sena kien beda l-karriera ma’ Floriana u lagħab ukoll fil-Kampjonat BOV Premier ma’ Hibernians, Gżira Utd u Senglea Athletic.

Tarxien Rainbows ikkonfermaw ukoll lill-midfielder ta’ 25 sena Brandon Muscat.

Dan se jkun it-tielet staġun taż-żagħżugħ ma’ Tarxien Rainbows.

Miktub minn...
TVM Sport