Futbol lokali
Jurgen Degabriele jirbaħ l-unur tal-BOV Plejer tax-xahar

Il-Plejer ta’ Hibernians Jurgen Degabriele huwa l-ewwel rebbieħ tal-unur tal-BOV plejer tax-xahar tal-istaġun 2020/21.
Sa min dan l-istaġun l-MFA introduċiet sistema ta’ votazzjoni ġdida fejn qed ikunu mistiedna jivvutaw għal dan l-unur 10 ġurnalisti, 16 il-kowċ tal-premier, 16 -il team manager tal-Clubs tal-Premier, il-kowċ nazzjonali, wieħed mill-assistenti tiegħu u l-kowċ Nazzjonali ta’ taħt il-21 sena. Degabriele rebaħ dan l-ewwel unur li ġabar il-logħob ta’ Settembru u Ottubru f’daqqa. Fit-tieni post spiċċa Yuri de Jesus Messias ta’ Gudja United.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.