Futbol internazzjonali
Jurgen Klopp għadu ma jafx kif Liverpool ser jilagħbu żewġ logħbiet f’inqas minn 24 siegħa

Il-maniġer ta’ Liverpool Jurgen Klopp qal li għadu wisq kmieni sabiex jiddeċiedi kif ser jagħmel għaż-żewġ logħbiet f’inqas minn 24 siegħa f’żewġ kontinenti differenti. Għalkemm din hija problema li qegħdin jaffaċċjaw Liverpool, Klopp għamilha ċara li l-FA Ingliża trid tindirizza din is-sitwazzjoni, għaliex timijiet kbar qegħdin jispiċċaw b’ruxxmata logħob ġo xulxin minħabba li jibqgħu għaddejjin minn kompetizzjoni għall-oħra.

Il-pjan ta’ Liverpool hu li jkollhom żewġ timijiet differenti għall-kwartifinali tal-Carabao Cup u għas-semifinali tat-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs. Dan wara li ma waslux għal ftehim mal-EFL biex tiċċaqlaq id-data tal-kwartifinali tal-Carabao Cup minħabba konġestjoni ta’ logħbiet bejn l-aħħar ġimgħa ta’ dan ix-xahar u l-ewwel ġimgħa ta’ Jannar. S’issa għadu mhuwiex ċert jekk Jurgen Klopp huwiex se jkun preżenti għaż-żewġ logħbiet, jew jekk huwiex ser iħalli lit-tim f’idejn ħaddieħor għall-kwartifinali tal-Carabao Cup.

Klopp ta anke x’jifhem li Liverpool kellhom pressjoni kemm mill-FIFA u anke mill-English Football League dwar il-logħbiet. Il-FIFA ma riditx iċċaqlaq dati mit-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs, filwaqt li l-EFL tat perjodu ta’ żmien qasir lil Liverpool meta jistgħu jilagħbu l-logħba minħabba li mbagħad tasal il-fażi tas-semifinali tal-Carabao Cup. Il-kritika tiegħu lejn l-FA Ingliża kienet ukoll dwar is-semifinali tal-Carabao Cup, għaliex din tintlagħab fuq żewġ legs u mhux logħba waħda, u allura jekk Liverpool jgħaddu jkunu jridu jżidu żewġ logħbiet oħra mal-logħob li diġa’ għandhom.

Klopp saħaq li, “il-problemi huma ovvji. Kull sena nagħmlu l-istess ħaġa – u donnu li hemm min jaraha tad-daħk li tim ikollu jilgħab ħames logħbiet fi tlett ijiem. Ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk, u għalhekk qiegħed nistaqsi sabiex induru madwar mejda u niddiskutu għaliex ser naslu f’punt fejn irridu nsibu soluzzjoni. S’issa donnu li s-soluzzjonijiet huma żieda ta’ problema oħra.”

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Id-29 ta’ Mejju 1985. Ġurnata sewda għall-futbol Ewropew meta 39 persuna tilfu ħajjithom waqt il-finali tat-Tazza Ewropea. Fl-Istadium ta’ Heysel fi Brussell, dik li kellha tkun festa ta’ futbol inbidlet…

Futbol internazzjonali

Bejn illejla u t-Tnejn li ġej tintlagħab id-29 ġurnata tal-Bundesliga, b’Bayern Munich jittamaw li jersqu pass eqreb lejn it-titlu meta għandhom 7 punti vantaġġ fuq Borussia Dortmund. Il-logħob kollu ta’…

Futbol internazzjonali

Il-Kampjonat Premier Ingliż ser jirritorna fis-17 ta’ Ġunju wara li l-amministrazzjoni tal-Premier League ltaqgħet mal-20 klabb tal-ogħla diviżjoni fl-Ingilterra. Il-kampjonat mistenni jirritorna matul il-ġurnata tal-Erbgħa, bil-logħbiet Aston Villa – Sheffield…

Futbol internazzjonali

Il-FIFPro l-Assoċjazzjoni internazzjonali tal-players tal-football qalet li tinsab inkwetata ferm bis-sitwazzjoni tal-kontinwazzjoni tal-kampjonati domestiċi fl-Ewropa fosthom fl-Ingilterra, fl-Italja u anke fil-Ġermanja fost pajjiżi oħra. Vincent Gouttebarge f’isem il-FFPro f’intervista mal-ġurnal…

Aktar