Futbol internazzjonali
Jurgen Klopp jirbaħ l-unur tal-aqwa Manager tal-istaġun u Ferguson jaħfirlu li qajmu fit-3:30am

L-ex manager ta’ Manchester United Sir Alex Ferguson qal li Jurgen Klopp kien ħaqqu li jirbaħ il-League Managers’ Award 2019/20 wara s-suċċess li kellu ma’ Liverpool. L-Alex Ferguson Trophy kienet ippreżentata lil Klopp ilbieraħ wara li wassal lil Liverpool għar-rebħ tal-kampjonat wara nuqqas ta’ tletin sena.

Waqt l-għoti tal-unur, Sir Alex Ferguson żvela kif fil-lejl meta Chelsea rebħu lil Manchester City 2-1, Jurgen Klopp ċempillu fit-3:30am sabiex jinfurmah li Liverpool rebħu l-kampjonat. “Naħfirlek talli qajjimtni fit-tlieta u nofs ta’ filgħodu biex tgħidli li rbħatu l-kampjonat! Grazzi,” qal Ferguson kollu daħkan lil Klopp.

Jidher li hemm relazzjoni tajba ħafna bejn Ferguson u Klopp, tant li fil-passat kien ittanta jieħu lill-Ġermaniż f’Old Trafford wara li temm il-karrieram eċċellenti tiegħu ta’ manager meta taħtu Manchester United rebħu 13-il titlu bejn l-1993 u l-2013.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-winger ta’ Borussia Dortmund Jadon Sancho ftiehem ma’ Manchester United dwar il-paga li ser jaqla’ f’Old Trafford. Iż-żagħżugħ t’20 sena għamilha ċara ma’ Dortmund li jixtieq jirritorna l-Ingilterra matul dan…

Futbol internazzjonali

Wara tant stennija, u wara li l-kampjonati domestiċi madwar l-Ewropa twasslu għat-tmiem tagħhom ħafna iktar tard mis-soltu, din il-ġimgħa sa fl-aħħar jirritornaw il-kompetizzjonijiet tal-UEFA għall-clubs li kien ilhom sospiżi minn…

Futbol internazzjonali

Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Football, il-FIFA, iddeskriviet id-deċiżjoni tal-awtoritarjiet Żvizzeri li jiftħu proċeduri kriminali kontra l-President Gianni Infantino bħala assurda. Il-każ huwa dwar laqgħat li Infantino kellu mal-Avukat Ġenerali Żvizzeru Michael Lauber….

Aktar