International Sports
Justin Gatlin jgħid li ta’ 39 sena jista’ jirbaħ il-midalja tad-deheb f’Tokyo 2021

L-Eks Champion Olimpiku tal-100m sprint l-Amerikan Justin Gatlin qal li jemmen li sena oħra waqt l-Olimpijadi ta’ Tokyo li issa ġew posposti għas-sena d-dieħla jemmen li jista’ jirbaħ il-finali sprint tal-100m.

Gatalin is-sena d-dieħla jagħlaq 39 sena u fil-passat rebaħ il-midalja tad-deheb fl-edizzjoni tal-Olimpijadi f’Ateni tas-sena 2004 u rebaħ ukoll il-finali tal-100m fil-Kampjonati tad-Dinja ta’ Londra fis-sena 2017.

L-Atleta Amerikan jagħlaq 39 sena fi Frar li ġej u qal li jħoss li għadu jinsab fiżikament tajjeb u jista’ jżomm il-livell għoli ta’ taħriġ li kien jinsab għaddej bħalissa.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
International Sports

Il-Grand Prix tal-Ħadd li ġej f’Silverstone se jkun Grand Prix speċjali għaliex se jkun qed ifakkar is-70 anniversarju tal-ewwel Grand Prix fl-istorja li kien sar propju f’Silverstone fit-13 ta’ Mejju…

International Sports

Il-cricket fl-Ingilterra sar l-ewwel sport li qed jerġa’ jara l-partitarji fih minn wara l-pandemija tal-COVID-19. 1,000 partitarji attendew għall-partita ta’ ħbiberija li ntlagħbet dalgħodu bejn Surrey u Middlesex. Il-partita qed…

International Sports

Alex Pullin, l-atleta tal-Awstralja, darbtejn Champion tad-Dinja tal-isnowboarding, instab mejjet fl-età ta’ 32 sena. Il-Pulizija kkonfermaw li Pullin instab fil-bajja ta’ Queensland Gold Coast u kien qed jistad meta ħassu…

International Sports

L-ex sewwieq tal-Formula 1 Alex Zanardi jinsab f’kundizzjoni kritika wara li lbieraħ filgħaxija kien involut f’inċident bil-handbike. Zanardi ġie operat urġenti f’rasu wara inċident ikrah fit-toroq ta’ Pienza ma’ trakk…

Aktar