Futbol lokali
Justin Haber ma’ Gżira United

Justin Haber, l-ex goalkeeper ta’ Floriana, sar plejer ta’ Gżira United.

L-aħbar ħarġet fis-sigħat li għaddew u kienet ikkonfermata bi stqarrija uffiċjali mill-klabb.

Sa ftit jiem ilu, Haber kien kważi ċert li se jiffirma ma’ Hamrun Spartans iżda t-trasferiment ma seħħx minħabba xi kumplikazzjonijiet. Mosta u Balzan kienu nteressati wkoll fis-servizzi tiegħu.

Haber hu t-tieni akkwist ta’ esperjenza f’dan l-istaġun għall-Maroons. Ftit tal-jiem ilu, l-klabb iffirma miegħu lil Roderick Briffa, ex player internazzjonali ieħor.

Gżira Utd kienu diġà akkwistaw lil Andrew Cohen, ex player nazzjonali matul l-istaġun li għadda.

Haber se jieħu miegħu fil-Gżira esperjenza kbira ta’ goalkeeper li lagħab snin twal barra minn Malta u mat-tim nazzjonali.

Dan kien l-ewwel kolp ta’ Jeffrey Farrugia, bħala team manager ġdid ta’ Gżira Utd.

Fir-ritratt, Haber jidher fin-nofs bejn l-istess Farrugia u l-President Sharlon Pace.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Illum tkomplu u tlesta l-MFA Symposium li kien organizzat f’Dar il-Mediterran fil-Belt Valletta. Dan is-symposium wassal tagħrif ta’ opportunitajiet fid-dinja diġitali tal-lum. Is-Symposium fetaħ b’diskors tal-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo…

Futbol lokali

Darren Abdilla hu l-kowċ il-ġdid ta’ Valletta FC. Hu ffirma kuntratt li se jorbtu mal-klabb sal-istaġun 2021/2022. L-aħbar saret uffiċjali ilbieraħ filgħaxija. Abdilla kien strumentali biex Gżira United FC għamlu…

Futbol lokali

Bob Higgins, l-ex Youth Development Officer tal-Malta Football Association, instab ħati fuq 45 kap ta’ akkuża ta’ abbuż sesswali fuq 23 tifel. Higgins kien ingħata din il-kariga fl-MFA f’Lulju tal-1989…

Futbol lokali

Manuele Blasi, l-ex plejer tas-Serie u tat-tim nazzjonali Taljan, mil-lum sar il-kowċ ta’ Hamrun Spartans FC. Blasi se jkun qed jibdel lil Giovanni Tedesco li ħalla l-kariga tiegħu biex ingħaqad…

Aktar