Futbol lokali
Juventus b’kamp ta’ taħriġ f’Malta sal-Ġimgħa

L-Akkademja ta’ Juventus FC bdiet kamp ta’ taħriġ f’Malta li se jdum għaddej sa nhar il-Ġimgħa li ġej.

120 tifel u tifla qed jieħdu sehem f’dan l-avveniment uniku.

Dan huwa l-ewwel darba li r-rebbieħa tal-Kampjonat Taljan qed jorganizzaw kamp ta’ taħriġ għat-tfal f’Malta.

It-tfal se jkunu mqassmin f’gruppi żgħar għal attenzjoni individwali, kollha msemmija wara wieħed mill-idoli Juventini tagħhom.

Dan il-kamp qed jitmexxa minn erba’ kowċis ta’ Juventus li għandhom snin ta’ esperjenzi f’dawn it-tip ta’ programmi.

Il-kamp ta’ taħriġ qed isir fil-grawnds ta’ Luxol St Andrew’s.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

Il-plejer ta’ Paris St Germain, Neymar, ingħata żewġ partiti sospensjoni wara l-inċident li kellu fil-partita kontra Marseille mal-plejer Alavaro Gonzalez il-Ħadd li għadda. PSG tilfu l-partita bl-iskor ta’ 1-0 u…

L-ex kowċ ta’ Barcelona Quique Setien, flimkien ma’ tliet assistenti tiegħu, se jkunu qed ifittxu lill-klabb għad-danni talli ma onorawx il-kuntratt u tkeċċew mill-kariga x-xahar li għadda. Fi stqarrija konġunta,…

Il-mira tal-imprenitur Joseph Portelli, f’isem Hamrun Spartans, hi dik li “jirbaħ il-kampjonat u jimla Strada Rjali bin-nies“. Dan qalu Portelli stess fuq il-mikrofonu ta’ TVMSport hekk kif intemmet il-konferenza tal-aħbarijiet,…

Tottenham Hotpsur mistennija jiffirmaw żewġ plejers ta’ Real Madrid fis-sigħat li ġejjin. Gareth Bale u Sergio Reguilon għaddew mit-test mediku li sarilhom f’Londra l-Ħamis, bil-plejer minn Wales ser jirritorna mal-ex…

Aktar