Futbol internazzjonali
Juventus Club Malta ‘Vero Amore’ jiċċelebra l-45 anniversarju mit-twaqqif tiegħu

Il-Kumitat tal-Juventus Club Malta ‘Vero Amore’ din is-sena qed jiċċelebra l-45 sena mit-twaqqif tiegħu lura fl-1975.

Għal din l-okkażjoni l-Club ħaseb sabiex iniedi emblema ġdida għall-Club li tirrifletti l-era modera u żżomm it-tradizzjoni tas-salib ta’ Malta li dejjem kien preżenti f’kull  logo tal-Club tul is-snin.

Fi stqarrija l-Club qal li xtaq li kieku dan l-anniversarju importanti seta’ kien ċelebrat aħjar permezz ta’ festaġġjamenti bil-preżenza tal-membri, iżda s-sitwazzjoni minħabba l-pandemija COVID-19 ma tippermettiex dan.

Fit-tnedija tal-logo il-ġdid il-President tal-Juventus Club Malta ‘Vero Amore’ Joseph Fenech qal li huwa ta’ pjaċir li f’isem il-kumitat jifraħ lil Jake Ritchie li rebaħ il-kompetizzjoni marbuta mal-għażla tal-logo il-ġdid. Fenech spjega li b’kollox kien hemm 17 -il sottomissjoni.

Fenech spjega li kif kien mistenni l-logo jinkludi fih id-data tat-twaqqif tal-Club meta dak iż-żmien fl-1975 il-Club kien ibbażat fil-Belt Valletta.

Il-Logo jorbot sew mal-passat glorjuż kemm tal-Club u fl-istess ħin jagħti viżjoni għal futur bid-dehra moderna tiegħu.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Marcelo Brozovic, il-plejer Kroat ta’ Inter, kellu l-liċenzja tas-sewqan irtirata wara baqa’ għaddej minn fuq it-traffic lights meta kienu mixgħula fuq l-aħmar. L-aħbar ħarġet fil-media Taljana. Brozovic twaqqaf mill-Pulizija fiż-żona…

Futbol internazzjonali

Il-partitarji Spanjoli fakru l-10 anniversarji mir-rebħ tat-Tazza tad-Dinja fl-2010 fl-Afrika t’Isfel bi stiel differenti mis-soltu, b’ħafna tatoss ma’ ġisimhom u lebsien maskri protettivi kontra l-coronavirus. It-Tazza tad-Dinja li nħarġet għall-wiri…

Futbol lokali

Il-plejer internazzjonali ta’ Malta tat-tim tan-nisa Emma Louise Lipman ingħaqdet mal-klabb Taljan ta’ Lazio. Lipman iffirmat kuntratt ta’ sena, b’opzjoni li jiġġġedded. Lipman twieldet fl-Ingilterra iżda għanda dixxendenza Maltija u…

Futbol internazzjonali

Norwich City saru l-ewwel tim tal-Premier League Ingliż li ġie relegat wara li lbieraħ tilfu f’darhom kontra West Ham bi skor ta’ 4-0. Il-gowls tal-Hammers waslu kollha minn Michail Antonio….

Aktar