Futbol lokali
Juventus Club ‘Vero Amore’ Malta: Ftehim bejn is-Supporters Club u IZIBET

Juventus Club Vero Amore Malta u IZIBET ħabbru ftehim ta’ sponsor ufficjali. Dan il-ftehim se jorbot lill-IZIBET u Juventus Club Vero Amore Malta għat-tliet snin li ġejjin.

L-isponsor se jipprovdi numru ta’ benefiċċji lill-klabb u lill-membri tiegħu. Wieħed mill-benefiċċji se tkun lotterja annwali li fiha l-membri tal-klabb se jkunu jistgħu jirbħu vjaġġ ‘all-inclusive’ għal wahda mill-partiti ta’ Juventus f’Turin.

Franco Degabriele f’isem IZIBET, irringrazzja lill-Juventus Club Vero Amore għall-ħidma kontinwa li jipprovdu lill-membri tagħhom, u fuq kollox tax-xogħol siewi li jagħmlu għall-partitarji ta’ Juventus gewwa Malta.

Joseph Fenech, President ta’ Juventus Club Vero Amore esprima s-sodisfazzjon tiegħu u qal li jinsabu ferm onorati li kumpanija kbira bħal Izibet għażlet li torbot isimha mal-Club li hu jirrappreżenta.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

KAMPJONAT  BOV PREMIER 2019/20 BALZAN FC……………….2 SLIEMA W. FC…………..1 Sliema ħarġu fuq l-attakk u fir-4 minuta  xutt angulat ta’ Cleangelo Jose Pereira u l-ballun jaħbat max-xibka minn barra.  Fis 17…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 TARXIEN RAINBOWS…..0 MOSTA FC…………………..4 Wara 6 minuti logħob ċans tajjeb għar-Rainbows li setgħu marru fil-vantaġġ, daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Aleksa Andrejic pero’ l-goalkeeper Andreas Vella…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Gudja Utd…….1 Hibernians……1 Hibernians ġew miżmuma fi dro ta’ 1-1 kontra t-tim promoss ta’ Gudja United li għalihom kienet ukoll l-ewwel logħba uffiċjali fl-ogħla kampjonat Malti….

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Valletta…..2 St Lucia….3 Bidu perfett għat team promoss ta’ Santa Lucija hekk kif fid-debutt irnexxilhom jakkwistaw tlett punti ferm importanti kontra ċ-Champions renjanti Valletta. Wara biss…

Aktar