Futbol internazzjonali
Juventus eliminati minkejja d-doppjetta ta’ Ronaldo

UEFA CHAMPIONS LEAGUE 2019/20

Fażi tal-aħħar 16

Olympique Lyon u Manchester City se jiltaqgħu kontra xulxin fil-kwartifinali tal-UEFA Champions League wara li l-gimgha eliminaw lil Juventus u Real Madrid rispettivament

Fil-Juventus Stadium il-Bianconeri riedu jirkupraw żvantaġġ ta’ gowl mill-ewwel leg u l-bidu ma kienx wieħed faċli għaċ-champions Taljani għaliex wara 12-il minuta Lyon kisbu penalty dubjuz li minn Depay ma żbaljax.

Żewġ minuti mill-intervall Juventus reġgħu bdew jittamaw meta kisbu penalty ukoll ferm dubjuż li minnu Ronaldo kiseb id-draw. It-tamiet Juventini komplew jikbru fit-62 minuta meta Cristiano Ronaldo skorja ġmiel ta’ gowl biex poġġa lil Juventus minn fuq. Minkejja l-isforzi tagħhom Juventus dehru neqsin m ill-ideat u ma skorjawx it-tielet gowl li kien ifisser il-kwalifikazzjoni u kellhom ibaxxu rashom għal eliminazzjoni oħra bikrija.

F’Manchester, Manchester City għelbu lil Real Madrid 2-1 biex għaddew mal-aħħar tmienja b’aggregate ta’ 4-2. Inġenwita fid-difiża ta’ Real wara ftit minuti tat l-opportunita’ lil Raheem Sterling ipoġġi lil Manchester City minn fuq.

Iċ-champions Spanjoli kisbu l-gowl tad-draw permezz ta’ Benzema fit-28 minuta, iżda żball ieħor fid-difiża ta’ Real Madrid f’nofs it-tieni taqsima witta t-triq għal gowl rebbieħ ta’ Gabriel Jesus.

Miktub minn...
Chris Cassar
Aħbarijiet Oħra

Il-plejer ta’ Paris St Germain, Neymar, ingħata żewġ partiti sospensjoni wara l-inċident li kellu fil-partita kontra Marseille mal-plejer Alavaro Gonzalez il-Ħadd li għadda. PSG tilfu l-partita bl-iskor ta’ 1-0 u…

L-ex kowċ ta’ Barcelona Quique Setien, flimkien ma’ tliet assistenti tiegħu, se jkunu qed ifittxu lill-klabb għad-danni talli ma onorawx il-kuntratt u tkeċċew mill-kariga x-xahar li għadda. Fi stqarrija konġunta,…

Tottenham Hotpsur mistennija jiffirmaw żewġ plejers ta’ Real Madrid fis-sigħat li ġejjin. Gareth Bale u Sergio Reguilon għaddew mit-test mediku li sarilhom f’Londra l-Ħamis, bil-plejer minn Wales ser jirritorna mal-ex…

Illum, il-midfielder Thiago Alcantara mistenni jkun ippreżentat lill-media bħala l-akkwist il-ġdid ta’ Liverpool. Il-plejer ta’ nofs il-grawnd jidher li biddel fehmtu fl-aħħar sigħat sabiex jingħaqad ma’ Jurgen Klopp. F’saga ta’…

Aktar