Futbol internazzjonali
Juventus jagħlqu s-sena 2020 b’telf kurrenti ta’ €200 miljun

Juventus il-bieraħ ħabbru li għalqu s-sena 2020 b’telf ta’ aktar min €200 miljun.

Wara l-laqgħa tal-bieraħ tal-kunsill amministrattiv il-President ta’ Juventus Andrea Agnelli, ikkonferma li Juventus temmew is-sena 2020 b’telf kurrent ta’ €209.9.

Fost ir-raġunijiet li kkawża dan it-telf kien hemm l-emerġenza sanitarja tal-Covid-19, u l-miżuri restrittivi li ġabet magħha din il-pandemija. Dawn ir-restrizzjonijiet ikkawzaw biex mhux bissli jkun hemm nuqqas ta’ introjtu fi flus mill-ispettaturi waqt il-logħob iżda anke fuq il-prodott tal-klabb fosthom nuqqas ta’ bejgħ ta’ merchandise u affarijiet oħra. Dawn min naħa l-oħra ġew kumpensati daqsxejn grazzi għad-drittijiet radjo-televiżivi, u anke minn sponsors. Dan it-telf kurrenti hu ta’ aktar min €100 miljun meta imqabbel mas-sena ta’ qabel meta Juventus għamlu telf ta’ kwai €90.

Sadanittant il-klabb stqarr li se jkun x’ aktarx fl-istaġun 2022-2023 li jibdew jerġghu jiġu fuq saqajhom finanzjarjament.

 

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.