Futbol internazzjonali
Juventus jakkwistaw lil Felix Correia mingħand Manchester City

Juventus akkwistaw lill-plejer żagħżugħ Portugiż Felix Correia mingħand Manchester City.

Matul il-lejl li għadda, Correia wasal f’Turin għat-terstijiet mediċi.

Correia mhux l-uniku plejer li llum se jkun qed jagħmel dawn it-testijiet.

Dan għaliex matul il-lejla wasal ukoll f’Turin il-plejer Arthur Melo li se jkun qed jingħaqad mal-Bianconeri għas-somma ta’ €85 miljun u b’Miralem Pjanic involut fit-trasferiment.

Correia għandu 19-il sena u hu prodott ta’ Sporting Lisbon.

Fl-2019 kien inxtara minn Manchester City u ngħata b’self lil AZ Alkmaar fl-Olanda.

Miktub minn...
TVM Sport