Futbol internazzjonali
Juventus jikkwalifikaw b’hat trick ta’ Ronaldo

UEFA CHAMPIONS LEAGUE 2018/19

Fażi tal-aħħar 16 it-2 Leg

Juventus………………3

Athletico Madrid….0

(Agg 3-2)

Cristiano Ronaldo kien il-protagonista assolut għal Juventus li grazzi għall-hat trick tiegħu għelbu lil Atletico Madrid 3-0 biex għaddew b’aggregate ta’ 3-2.

Juventus kellhom gowl ta’ Chiellini mħassar wara erba’ minuti iżda marru fil-vantaġġ fis-27 minuta b’daqqa ta’ ras ta’ Cristiano Ronaldo wara kross ta’ Bernardeschi.

Erba’ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima Juventus irduppjaw b’daqqa ta’ ras oħra ta’ Cristiano Ronaldo fuq kross ta’ Cancelo, bil-gowl ikun konvalidat grazzi għall-goal line technology. It-tielet gowl li kkwalifika lil Juventus wasal erba’ minuti mit-tmiem meta Bernardeschi twaqqa’ fil-kaxxa u mill-ħdax-il metru kien Ronaldo li spara fix-xibka u poġġa lil Juventus mal-aħħar tmienja.

Manchester City…..7

Shalke 04……………0

(Agg 10-2)

Manchester City kif kien mistenni għaddew għall-kwartifinali meta għelbu lil Schalke 7-0 biex għaddew b’aggregate impressjonanti ta’ 10-2. Wara r-rebħa ta’ 3-2 fil-Ġermanja, City neħħew kull dubju dwar il-kwalifikazzjoni sal-ewwel taqsima meta bnew vantaġġ ta’ tliet gowls, tliet gowls skorjati fi spazju ta’ tmien minuti bejn il-35 u t-43 minuta.

Kien Aguero li fetaħ l-iskor minn penalty bl-istess plejer jirdoppja tliet minuti wara u Leroy Sane jagħmilhom tlieta ftit wara.

Fit-tieni taqsima l-gowls komplew ġejjin bi frekwenza kostanti, fejn kien Sterling li għamilhom 4-0 fis-65 minuta u fil-71 minuta kien Bernardo Silva li skorja l-ħames gowl wara azzjoni oħra ta’ Sane.

Fit-78 minuta kien Foden li skorja s-sitt gowls wara li qabeż il-goalkeeper u skorja minn angolu magħluq, bis-seba’ u l-aħħar gowl jasal minn Gabriel Jesus wara pass ta’ Bernardo Silva.

Miktub minn...
Chris Cassar
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Tazza tad-Dinja tan-Nisa tal-FIFA tas-sena 2023. Konfermat l-interess miż-żewġ Federazzjonijiet tal-Football Koreani sabiex jospitaw flimkien din l-edizzjoni. Dan kien konfermat mil-FIFA hekk kif b’kollox kien hemm disa’ pajjiżi li urew…

Futbol internazzjonali

Cristiano Ronaldo reġa’ ssejjaħ mat-team Nazzjonali tal-Portugal sabiex jilgħab fiż-żewġ logħbiet ta’ Grupp B ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonat Ewropew kontra l-Ukrajna u s-Serbja rispettivament. Il-player ta’ 34 sena sa issa lagħab 154…

Futbol internazzjonali

Id-derby Grieg bejn Panathinaikos u Olympiakos spiċċa abbandunat wara nkwiet kbir li nqala’ fil-grawnd fit-tieni taqsima. Il-qiegħa kienet taħraq sew sa minn qabel beda l-konfront u wara biss 4 minuti,…

Aktar