Futbol internazzjonali
Juventus jirbħu s-Super Coppa għat-8 darba fl-istorja tal-Club

Juventus rebħu l-edizzjoni ta’ din is-sena tas-Super Coppa taljana meta fil-finali li ntlagħbet fil-King Abdullah Sports City fl-Arabja Sawdija f’Ġedda rebħu 1-0 kontra Milan. Il-Match winner kien Cristiano Ronaldo meta skorja l-goal rebbieħ fil-61minuta. Wara dan il-goal Milan kellhom lil Franck Kessie imkeċċi fl-74 minuta.

Dan kien l-ewwel unur ta’ dan l-istaġun għall-Juventus u l-55 wieħed fuq bażi domestika, it-tmien Super Coppa fl-istorja ta’ dan il-Club.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Wolves 1  Manchester United 1 Mill-Kampjonat Premier Ingliż, Wolves ħadu t-tieni draw minn daqstant logħbiet meta f’darhom ġew 1-1 ma’ Manchester United. Kienu r-Red Devils li marru fil-vantaġġ mas-27 minuta…

Futbol internazzjonali

Brescia ippreżentaw uffiċjalment lill-attakkant internazzjonali Taljan Mario Balotelli li se jkun qed jirritorna jilgħab fl-Italja wara nuqqas ta’ tliet snin. Fl-intervent tiegħu, il-plejer ta’ 29 sena qal li jinsab kalm…

Futbol internazzjonali

FUTBOL INTERNAZZJONALI Bayern Munich għadhom kemm akkwistaw b’self mingħand Barcelona lill-attakkant Brażiljan Philippe Coutinho. Hekk kif ġie ppreżentat lill-mezzi tax-xandir Ġermaniżi, Coutinho deher ferm ħerqan sabiex jibda din l-avventura ġdida….

Futbol internazzjonali

Il-kowċ ta’ Real Madrid Zinedine Zidane qal li Gareth Bale ser jibqa mal-Madrileni dan wara li huwa pproduċa wirja tajba sabiex Real għelbu lil Celta Vigo bl-iskor ta’ 3-1. Wara…

Aktar