Futbol internazzjonali
Juventus se jagħtu l-flus lura għal min xtara l-biljetti għal-logħba kontra l-Inter

Il-Club Taljan ta’ Juventus ħabbar li se jkun qed jirrifondi lura l-flus ta’ dawk li xtraw il-biljetti tal-logħba tas-Serie A Juventus kontra Inter logħba mis-Serie A li kienet intlagħbet fit-8 ta’ Marzu bil-bibien magħluqa f’Turin. Il-Logħba li oriġinalment kellha tintlgħab fl-1 ta’ Marzu kienet posposta u segwew  jiem ta’ kontroversja fosthom tgħajjir u botti verbali bejn iż-żewġ Presidenti tal-Clubs Agnelli u Zhang, bil-President ta’ Inter jiddeskrivi wkoll lill-President tal-Lega bħala buffu minħabba li damet ma ħarġet deċiżjoni meta kellha tintlgħab il-logħba.

Juventus kienu infurmaw lill-partitarji tagħhom li skond it-termini u l-kundizzjonijiet ta’ bejgħ ta’ biljetti ma jistgħux jirifondu l-flus lura iżda issa wara l-konsiderazzjoni tas-sitwazzjoni preżenti COVID-19 u l-fatt li l-kampjonat se jdum biex jerġa’ jibda, Juventus permezz ta’ komunikat uffiċjali qalu li se jagħmlu eċċezzjoni u se jagħltu l-flus lil kull min xtara l-biljetti individwali ta’ din il-logħba.

Dawk li għadhom staġun abbonament mhux se jkunu eleġibbli li jieħdu rifużjoni.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

L-ex stilla Brażiljan Ronaldinho Gaucho kien meħlus mill-ħabs u mqiegħed taħt house arrest l-Paragwaj wara li hu u ħuh ħallsu l-bail. L-ex Barcelona, PSG u Milan, li anke rebaħ it-Tazza…

Futbol internazzjonali

Il-gowlkiper Niġerjan ta’ Abia Warriors Charles Tambe beda jirkupra wara tir li qala’ f’idu u f’darhu waqt serqa li saret u li nzerta f’nofsha. Is-serqa saret fil-belt ta’ Ibadan il-Ġimgħa…

Futbol internazzjonali

L-attakkant tal-Ġermanja u ta’ Bayern Munich iffirma kuntratt ġdid mal-klabb sa Ġunju 2023. Muller ta’ 30 sena, li kien se jiskadilu l-kuntratt f’Ġunju tas-sena d-dieħla, lagħab karriera sħiħa mal-klabb Bavarjan….

Futbol internazzjonali

Il-perjodu li fih isir is-suq tat-trasferimenti fl-Ingilterra se jkollu jiċċaqlaq u miegħu se tiċċaqlaq ukoll id-data ta’ dawk il-kuntratti li suppost kellhom jintemmu fit-30 ta’ Ġunju. Jidher li biex dan…

Aktar