Futbol internazzjonali
Juventus u PSG f’negozjati biex jitpartu Cristiano Ronaldo u Mauro Icardi

Diversi plejers involuti fis-suq tat-trasferimenti u oħrajn f’negozjati dwar kuntratt ġdid, skont il-media internazzjonali.

Juventus u Paris St Germain qed jikkunsidraw tpartit bejn Cristiano Ronaldo u Mauro Icardi.

Il-Bianconeri kważi għalqu għall-midfielder tat-tim nazzjonali Taljan u ta’ Sassuolo Manuel Locatelli, plejer li kien qed jinteressa ħafna wkoll lill-Gunners ta’ Londra.

Manchester City qed jinnegozzjaw offerta oħra għall-kuntratt ġdid ta’ Riyad Mahrez filwaqt li ġlieda bejn Arsenal, Manchester United u Liverpool għall-firma tal-plejer Houssem Aouar.

Real Madrid u l-kowċ il-ġdid Carlo Ancelotti interessati ħafna fil-plejer ta’ Manchester United, Diogo Dalot filwaqt li Steve Bruce ikkonferma li Andy Carroll ħalla lil Newcastle.

Minkejja l-interess ukoll tar-Red Devils fil-plejer Kieran Trippier, l-Ispanjoli ta’ Atletico Madrid qalu li l-plejer se jibqa’ magħhom.

Irrapurtat ukoll li Chelsea interessati ħafna biex jieħdu b’self lill-Franċiż Kinglsey Coman mingħand Bayern Munich filwaqt li Arsenal jgħidu li lesti jbiegħu lil Alexandre Lacazette jekk ikollhom l-offerta ġusta.

Miktub minn...
TVM Sport