Kalanċ Team u Mr Whippy fl-ewwel zewg postijiet fl-FIA European Drag Racing Championship

Is-Segretarju Parlamentari għall-Isport Chris Agius riċentement iltaqa’ ma’ rappreżentanti ta’ Kalanċ Team u Mr Whippy fejn awguralhom, hekk kif iż-żewġ sewwieqa Maltin jinsabu bħalissa fl-ewwel żewġ postijiet tal-klassifika fil-kampjonat tal-FIA European Drag Racing.

Wara tlett itlielaq, Chris Polidano u Kalanċ Team għandhom 197 punt, filwaqt li Monty Bugeja u Mr Whippy għandhom 162 punt.

It-tim ta’ Mr Whippy rebaħ it-tellieqa fil-Finlandja, filwaqt li Kalanċ Team spiċċaw fit-tieni post fil-Finlandja, u rebħu dik tal-Ġermanja.

Is-segretarju parlamentari Chris Agius ħeġġeġ biex dan l-isport li qed jagħmel tant ġieħ lil pajjizna jieħu post aktar prominenti fil-media Maltija, biex kulħadd ikun jista jirrikonoxxi l-isforzi li dawn il-Maltin qed jagħmlu barra l-pajjiż.

L-aħħar żewġt itlielaq għat-timijiet Maltin f’dan il-kampjonat jinżammu waħda fil-21 ta’ Awwissu fl-Isvezja, u l-aħħar waħda fil-Gran Brittanja fl-4 ta’ Settembru.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Boxing

Boxing lokali illum saret weigh in ta’ boxers li se jkunu qed jiġġieldu għada fl-avveniment The Trilogy III organizzata minn Prize Boxing Promotions. Fost il-ġliediet mistennija għal għada hemm dik…

Atletika

Wara li nhar is-Sibt li għadda l-kompetizzjonijiet tal-atletika f’pajjiżna rritornaw b’għadd ta’ riżultati tajbin, il-Malta Amateur Athletic Association se tkun qed terġa’ tilqa’ lill-atleti fit-trakka tal-Marsa llejla fit-tieni avveniment tagħha…

Tennis

Għall-edizzjoni tar-Roland Garros tal-2020 se jitħallew jidħlu spettaturi sa 60% tal-ispazju li jesgħu l-courts tat-tennis li se jkun qed jintlagħab it-tournament. L-organizzaturi tal-Open ta’ Franza qalu li se jkunu qed…

Aktar