International Sports
Kalifornja u New York jiftħu l-bibien għar-ritorn tal-isport

Il-Gvernatur ta’ Kalifornja Gavin Newsom ta l-permess għar-ritorn tal-isport professjonali fl-Istat tiegħu.

Ilbieraħ, il-Gvernatur ta’ New York Andrew Cuomo wkoll ta l-istess permess.

Newsom qal li fl-Istat tiegħu, l-isport hu possibbli li jirritorna taħt regolamenti stretti li kulħadd irid isegwi.

Fl-Istati Uniti, l-isport se jkun qed jirritorna mill-ġdid iżda mingħajr partitarji.

Dan l-isport jinkludi l-hockey, il-basketball, il-baseball u l-futbol.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
International Sports

Il-cricket fl-Ingilterra sar l-ewwel sport li qed jerġa’ jara l-partitarji fih minn wara l-pandemija tal-COVID-19. 1,000 partitarji attendew għall-partita ta’ ħbiberija li ntlagħbet dalgħodu bejn Surrey u Middlesex. Il-partita qed…

International Sports

Alex Pullin, l-atleta tal-Awstralja, darbtejn Champion tad-Dinja tal-isnowboarding, instab mejjet fl-età ta’ 32 sena. Il-Pulizija kkonfermaw li Pullin instab fil-bajja ta’ Queensland Gold Coast u kien qed jistad meta ħassu…

International Sports

L-ex sewwieq tal-Formula 1 Alex Zanardi jinsab f’kundizzjoni kritika wara li lbieraħ filgħaxija kien involut f’inċident bil-handbike. Zanardi ġie operat urġenti f’rasu wara inċident ikrah fit-toroq ta’ Pienza ma’ trakk…

Ibburdjar

Żewġ timijiet li ser ikunu qed jisfidaw lil xulxin fl-America’s Cup kmieni s-sena d-dieħla ngħataw il-permess li jidħlu fi New Zealand biex jibdew il-preparamenti tagħhom. It-timijiet ta’ American Magic u…

Aktar