Kaljevic jidħol fil-każin ta’ Balzan FC sabiex jiftiehem

RAPPORT SANDRO MICALLEF

Kollox kważi lest Bojan Kaljevic ma’ Balzan, jonqos biss il-firma !!!!. Ftit minuti qabel is-sitta ta’ filgħaxija l-attakkant Bojan Kaljevic wasal fil-pjazza ta’ Ħal Balzan flimkien mal-familja tiegħu u ftit tal-ħin wara tfaċċa wkoll il-coach Oliver Spiteri.

TVM Sport hu infurmat li Balzan qablu fil-prinċipju ma’ Mosta għat-transfer tal-player sabiex jingħaqad fl-attakk mal-eks kollega tiegħu ma’ Mosta Piccioni. Għalhekk il-laqgħa tal-Erbgħa filgħaxija lejliet il-Milied kienet skedata speċifikament sabiex Kaljevic jara x’se jkunu l-offerti finanzjari tal-probabilment il-Club il-ġdid tiegħu. Hu mistenni li Kaljevic jiffirma kuntratt ta’ żewġ staġuni u nofs.

Għal laqgħa apparti l-coach Spiteri kien hemm preżenti s-Segretarju tal-Club Joe Agius, it-teżorier Peter Cipriott u anke George Borg l-eks President li skond is-sorsi tagħna kien hu l-moħħ wara dan l-interessament ta’ Balzan f’Kaljevic.

Għalkemm iż-żewġ naħat jdhru li ftehmu kważi fuq kollox apparti l-firma jonqos is-signor si tal-President Onorarju l-Malti Awstraljan Anton Taglaiferro sabiex jisiġilla l-iktar l-għola trasnfer finanzjaru tas-sena 2014. Apparti n-negozjati tas-somma ta’ EUR70,000 iż-żewġ Clubs jafu jdaħħlu tpartit ta’ players fil-pakkett tat-transfer ta’ Kaljevic.

Miktub minn...
TVM Sport
.