Motorsport
Kalle Rovanpera jibda tajjeb fix-shakedown tar-Rally tal-Greċja

Il-Finlandiż Kalle Rovanpera għamel l-aktar ħin veloċi waqt ix-shakedown tar-Rally tal-Acropolis fil-Greċja.

Il-Ħamis filgħodu Rovanpera mar fuq quddiem, 2.7 sekondi qabel il-Belġjan Thierry Neuville. Ott Tanak, Dani Sordo u Elfyn Evans jinsabu jsegwu fil-postijiet ta’ wara.

Ġurnata diżappuntanti għal-leader fil-klassifika Sebastien Ogier meta temm fis-sitt post, 6.4 sekondi wara Rovanpera.

Ogier għandu 162 punt fil-klassifika, segwit minn Neuville u Evans li għandhom 124 punt kull wieħed.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA