Motorsport
Kalle Rovanpera l-aktar veloċi fix-shakedown fil-Motor Rally tal-Estonja

Il-Finlandiż Kalle Rovanpera mar fuq quddiem fix-shakedown fl-Estonja, fil-bidu tar-rally f’dal-pajjiż. Il-favorit għal dan ir-rally huwa Ott Tanak li huwa Estonjan. Il-Finlandiż Rovanpera għamel ħin ta’ 2 minuti 51.1 sekondi, b’Ott Tanak ikun nofs sekonda inqas veloċi mill-avversarju.

L-ewwel stadju ser isir il-Ħamis filgħaxija, filwaqt li l-Ġimgħa jsiru disa’ stadji. Minbarra numru ta’ stadji s-Sibt, l-24 u l-aħħar stadju jsir il-Ħadd.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA