Futbol lokali
Kamjonat BOV tan-Nisa: Hibernians miżmuma draw minn Mosta u rebħa għal Birkirkara

Matul il-ġimgħa li għaddiet kompla l-kampjonat BOV Futbol tan-Nisa fejn intlagħbu 3 logħbiet.

Mosta-Hibernians 1-1

Fil-partita li ntlagħbet fiċ-Charles Abela Stadium, Mosta rnexxilom jieħdu punt kontra Hibernian. Kien it-tim ta’ Raħal Ġdid li marru fil-vantaġġ fid-69 minuta permezz ta’ penalty skurjat minn Shakira Bugeja. 10 minuti mit-tmiem Lynn Fenech ġabet id-draw għat-tim Mosti.

Raiders Għargħur-Mġarr 0-9

Fil-ground ta’ Ħad-Dingli, Mġarr Utd wettqu rebħa kbira kontra Raiders Għargħur biex issa jinsabu jokkupaw l-ewwel post ta’ dan l-kampjonat. Il-protagonista għat-tim ta’ Mġarr tkun Hayley Bugeja b’seba` gowls filwaqt li Francesca Chircop skorjat doppjetta. B’ hekk Hayley Bugeja issa titla’ fil-quċċata tal-aqwa skorers bi tmien gowls.

Birkirkara-Swieqi United 4-1

Fil-konfront principali mir-raba’ ġurnata tal-Kampjonat BOV Futbol tan-Nisa ċ-champions Birkirkara għelbu lit-tim ta’ Swieqi United bl-iskor ta’ 4-1. Stephania Farrugia, Tracy Teuma, Raina Giusti u Loza Abera Geinore jsibu x-xibka għat-tim karkariż filwaqt li Chantelle Grech tiskurja għat-tim ta’ Swieqi.

Ir-raba’ ġurnata tkompli b’dan l-logħob:

It-Tlieta 19 ta’ Novembru: Charles Abela Stadium- Hibernians – Raiders Għargħur
Dingli Ground-          Kirkop United – Mosta
L-Erbgħa 20 ta’ Novembru: Mġarr Ground-          Mġarr United – Swieqi United

Klassifika:
P PTS
1.Mġarr United F.C                       4-10
2.Birkirkara F.C                             4-10
3.Swieqi United F.C                      4-7
4.Mosta F.C                                    3-2
5.Raiders Għargħur F.C               3-2
6.Hibernians F.C                           3-1
7.Kirkop United F.C                      3-0

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Tmien plejers ġew sospiżi partita mill-Kampjonat BOV Premier. Il-Kummissarju tad-Dixxipplina tal-Malta Football Association ikkonferma din l-aħbar bi stqarrija mibgħuta lill-media lokali. Il-plejers huma Ryan Camenzuli ta’ Floriana, Hubert Vella ta’…

Futsal

Luxol jagħmluhom għal 21 rebħa konsekuttiva, hekk kif fl-unika logħba li kellna mill-Kampjonat tal-Elite, reġgħu rebħu lit-tim tal-Università ta’ Malta, din id-darba bl-iskor ta’ 5-1. Għal Luxol sabu x-xibka Carl…

Futsal

Luxol jagħmluhom għal 21 rebħa konsekuttiva, hekk kif fl-unika logħba li kellna mill-Kampjonat tal-Elite, reġgħu rebħu lit-tim tal-Università ta’ Malta, din id-darba bl-iskor ta’ 5-1. Għal Luxol sabu x-xibka Carl…

Futbol lokali

Balzan Youths u Żurrieq Sunrise komplew jimpressjonaw matul dan l-istaġun hekk kif eliminaw lill-avversarji aktar ikkwotati minnhom  u kkwalifikaw għas-semifinali tal-MAFA Christmas Cup Hekk kif intlagħbu l-kwarti tal-finali ta’ din…

Aktar