Kamp Ewropew Under 17 – Portugall tibda b’rebħa kontra Skozja fil-Gozo Stadium

Kampjonat Ewropew – Under 17 – Malta 2014

Grupp A

Olanda ….. 3

Turkija …. 2

Fil-partita inawgurali tal-Kampjonat Ewropew ta’ taħt is-sbatax-il sena li qed isiru f’Malta, fl-Istadium Nazzjoanli, l-Olanda għelbu lit-Turkija bl-iskor ta’ 3-2 fl-ewwel partita minn Grupp A.

Wara li l-ewwel taqsima għalqet mingħajr gowls, fit-tieni taqsima kienu t-Torok li mal-ftuħ marru fi-vantaġġ bl-ewwel gowl tat-tournament jasal minn Enes Ünal li bid-dawra mill-viċin tefa wara l-gowlkiper Olandiż Yanick van Osch.

Fl-54 minuta l-Olandiżi jġibu d-draw, Bahadir Çiloğlu waqqa fil-kaxxa lil Bergwijn, u mill-ħdax-il metru Calvin Verdonk ma żbaljax.

Disgħa u sittin minuta, Olandiżi fi-vantaġġ għall-ewwel darba minn Abdelhak Nouri li tefa f’lasti vojta, wara li l-gowlkiper Tork Tarık Çetin salva iżda ma żammx xutt b’saħħtu ta’ Jari Schuurman.

Huma żiedu gowl ieħor fil-ħamsa u sebgħin minuta meta Bilal Chikh qabbeż minn fuq il-gowlkiper Çetin u f’lasti vojta għamilhom 3-1.

Lejn it-tmiem, gowl ta’ konsolazzjoni għat-Turkija bi ġmiel ta’ daqqa ta’ ras ta’ Fatih Aktay.

Grupp B

Skozja …… 0

Portugall … 2

Minn Grupp B, fil-Gozo Stadium, bidu pożittiv anke għal Portugall li għelbu lill-Iskozja bl-iskor ta’ 2-0.

Gowl kull taqsima, l-ewwel kien Renato Sanches li sab ix-xibka b’xutt minn madwar ħamsa u għoxrin metru bogħod, biex lejn it-tmiem, inċertezza kbira tal-gowlkiper Skoċċiż McCrorie, ballun f’saqajn Luís Mata li f’lasti vojta ma żbaljax.

Grupp B

Ġermanja …. 1

Żvizzera ……. 1

Iktar qabel mill-istess grupp, ukoll f’Ghawdex, l-Ġermanja u l-Iżvizzera bdew l-impenji tagħhom bi draw bejniethom ta’ 1-1.

Ġermanizi fil-vantaġġ minn Benjamin Henrichs fit-tmienja u ħamsin minuta, biex kwarta wara, s-sostitut Boris Babic kiseb id-draw għall-Iżvizzeri, li spiċċaw b’raġel inqas wara t-tkeċċija ta’ Arnold.

Lejn it-tmiem ċans tad-deheb għal Ġermanja li jiksbu r-rebħa, iżda mill-ħdax-il metru Arianit Ferati kellu l-konklużjoni tiegħu salvata mill-gowlkiper Żvizzeru Gregor Kobel.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra

Fil-partita li ntlagħbet kmieni fin-12.30pm, Napoli jegħlbu barra minn darhom lil Parma bi skor ta’ 2-0. L-ewwel taqsima tintemm mingħajr gowls. Napoli jiftħu l-iskor minn Dries Mertens fit-63 minuta. Lorenzo…

Liverpool jirbħu fi Stambfoird Bridge kontra Chelsea bi skor ta’ 2-0. L-ewwel taqsima li ntemmet mingħajr gowls imma fil-50 minuta r-Reds fil-vantaġġ b’gowl ta’ Sadio Mane. L-istess plejer irdoppa għal…

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti tan-nisa, Mark Gatt, sejjaħ skwadra ta’ 20 plejer għall-partita li Malta trid tilgħab kontra d-Danimarka, it-Tlieta li ġej. Il-partita hi valida mill-grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonati Ewropew…

Il-FIFA Club World Cup li kellha ssir f’Doha f’Diċembru li ġej mhux se ssir minħabba l-pandemija COVID-19. Dan kien ikkonfermat il-bieraħ waqt il-Kungress ta’ din is-sena tal-FIFA li sar b’mod…

Aktar