Futbol lokali
Kampjonat BOV: Hamrun jirbhu kontra l-Istripes

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19

Hamrun Spartans……2

                           B’Kara FC…….………..1

Ħamrun Spartans jegħlbu lil B’kara bl-skor ta’ 2-1 f’logħba divertanti.

Ħamrun bdew tajjeb peress li wara 6 minuti logħob, Caetano Calil baqa’ javvanza waħdu iżda xutt fil-baxx tiegħu ġie salvat minn Naumovski, pero’ tlett minuti wara B’Kara marru fil- vantagg meta xutt ta’Marcelo Franca ma kienx miżmum mill-goalkeeper Bartolo, daħal fuq il-ballun Carlos Alberto Rodriguez li mill-viċin tefa’ fix-xibka.  .

Fis 16 –il minuta Rodriguez qassam lil Franca li x-xutt ċentrali tiegħu kien salvat minn Bartolo u ftit wara xutt ieħor ta’Franca reġa’ salva tajjeb il goalkeeper Ħamruniż. Fl-34 minuta xutt b’saħħtu fil- baxx ta’ Cain Attard spiċċa ftit barra sabiex minuta wara l-Ispartans kisbu il-gowl ta’ draw, il-kross mix-xellug ta’ Donneil Moukanza taħt il-lasti Karkariz u mill-viċin Caetano Calil għamel li skor 1-1.

F’40 minuta, free-kick għall B’Kara li ngħata minn Marcelo Franca u daqqa ta’ ras ta’Danilo Chapoval ġiet salvata tajjeb minn Bartolo. Fit 43 minuta , azzjoni personali ta’ Rodriguez bix-xutt finali tiegħu għadda ftit barra mil-lasti Ħamruniżi.

Fit-53 minuta li Spartans fuq l-attakk Moukanza kompla lejn Wilfried Domoraud li xutt mil viċin tiegħu ġie imblukkat f’korner minn Naumovski, u żewġ minuti wara Michael Mifsud kompla lejn Mislav Andelkovic, bix-xutt tajjeb ta’ dan il-player jiġi mdawwar f’korner minn Bartolo. Fl-74 minuta Ħamrun skurjaw il-gowl tar-rebħa, meta Caetano Calil ħa l-ballun barra l-kaxxa l-kbira u fajjar xutt mill- isbaħ li għeleb għall kollox lil Naumovski. Żewġ minuti mit-tmiem xutt angulat ta’ Marcelo Franca għadda ftit centimetri barra.

Riżultat finali : Ħamrun Sp..2 v B’Kara FC..1.

Referee : Darryl Agius.

BOV Player tal logħba :Caetano Calil ( Ħamrun Sp.)

Miktub minn...
TVM Sport
.