Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Balzan jegħlbu lil Żejtun bi tliet gowls fl-ewwel taqsima

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21

BALZAN …..………3

ŻEJTUN COR……..1

F’partita rkuprata mill-20 gurnata tal-kampjonat BOV Premier, Balzan f’konfront dirett għelbu lil Żejtun Corinthians bl-skor ta’ 3-1.

B’din ir-rebħa, Balzan laħqu lil Floriana u Gudja Utd b’27 punt.

Fid-19-il minuta, xutt angulat fil-baxx ta’ Jurgen Suda u Vranes salva tajjeb.

Fl-24 minuta, Balzan marru fil-vantaġġ, fejn wara korner, Milan Duric daħal tajjeb Michael Johnson u b’daqqa ta’ ras għeleb lil Cassar.

Minuta wara, Balzan iżidu l-iskor, wara kross ta’ Ljubormirac, ix-xutt ta’ Moussa Sanoh ħabat mal-goakeeper Cassar u spiċċa ġewwa.

Fit-38 minuta, Balzan għamlu l-iskor 3-0 meta l-ewwel xutt ta’ Michael Johnson kien imblukkat mill-goalkeeper Cassar iżda fit-tieni xutt tiegħu ma żbaljax u ftit qabel spiċċat l-ewwel taqsima Żejtun naqsu l-iskor b’xutt minn barra l-kaxxa ta’ Santos Do Nascimento.

Fit-tieni taqsima, il-partita naqset ħafna mir-rittmu tagħha.

Fit-58 minuta, xutt fil-baxx mid-distanza ta’ Sergio Barboza kien salvat minn Vranes.

Tliet minuti wara, azzjoni personali ta’ Uros Ljubomirac bix-xutt finali tiegħu jispiċċa ftit barra.

Fit-83 minuta, xutt ċentrali ta’ Adrian Carabott kien salvat tajjeb ferm minn Vranes.

Referee : Trustin Farrugia Cann.

BOV Plejer tal-partita : Michael David Johnson ( Balzan FC ).

Formazzjonijiet.

Balzan FC.

V.Vranes, A.Loof, M.Grima, M.Duric, S.Bezzina( Z.Grech 90’), M.D.Johnson, U.Ljubomitac, S.Dimic ( A.Bradshaw90’) M.Sanoh ( G.Camilleri 79’), A.Andrejic ( A.Effiong 71’), S.Cipriott( S.Arab 90’).

Żejtun Cor.

C.Cassar, L.Moreira, K.D.Reid, J.Suda, S.R.Do Nascimento, T.Bonfim ( C.Grech 46’), H.M.Marcellino, J.S.Barbosa Da Silva, E.Herrera ( N.Tabone 46’), G.Azzopardi, A.De Barros ( A.Carabott 80’).

Miktub minn...
TVM Sport