BOV Premier League 2021/22
Kampjonat BOV Premier: Balzan jibdew b’rebħa fid-debutt tal-kowċ Paul Zammit

KAMPJONAT BOV PREMIER 2021/22

Balzan………….1

Gudja Utd…….0

Fid-debutt ta’ Paul Zammit bħala kowċ ta’ Balzan, Balzan jegħlbu lil Gudja U. 1-0, Balzan li kellhom rebħa meritata fuq l-10 min-nies ta’ Gudja U. Il-Balzanin issa jitilgħu jaqsmu r-4 post tal-klassifika ma’ Hamrun S. fuq 12-il punt.

Fl-10 minuta, Gudja U. mill-ewwel jispiċċaw b’10 min-nies meta l-captain ta’ Gudja U. Hubert Vella jispiċċa mkeċċi wara ‘handsball’ barra l-kaxxa fit-tentattiv li jwaqqaf opportunita ċara ta’ gowl ta’ Balzan.

Fit-18-il minuta, Balzan japprofittaw b’raġel iżjed fil-pitch u jmorru fil-vantaġġ, azzjoni korali bejn Alex de Paixao, Bojan Kaljevic u Milos Mijic, b’dan tal-aħħar jikkonkludi fix-xibka b’xutt sabiħ minn tarf il-kaxxa, Balzan 1-0 Gudja U.

Fit-35 minuta, Gudja U. jirrispondu b’xutt ta’ Aidan Friggieri minn barra l-kaxxa mix-xellug, ballun għoli mil-lasti ta’ Balzan.

Tieni taqsima, 50 minuta, u Gudja U. ikollhom xutt minn barra l-kaxxa mil-lemin ta’ Gabriel Mensah, ballun għoli mil-lasti ta’ Jake Galea bejn il-lasti ta’ Balzan.

55 minuta, Balzan jirrispondu b’xutt tas-sostitut Milan Duric minn ġol-kaxxa mix-xellug, ballun barra, wara li rċieva tajjeb mingħand Alex de Paixao.

7 minuti wara, Balzan ikollhom saħansitra azzjoni oħra mix-xellug fejn Milos Zlatkovic jgħaddi ballun lis-sostitut Aleksa Andrejic, bil-ballun li jispiċċa biss jaħbat miegħu u jmur barra. 69 minuta, u jerġa jkun Andrejic, li jkollu l-konklużjoni tiegħu mix-xellug mill-viċin salvata tajjeb minn Glenn Zammit f’korner għal Balzan.

Fil-ħin miżjud tat-2 taqsima, Gudja U. jkollhom tentattiv tajjeb ta’ Llywelyn Cremona biex jiksbu l-parita’, pero’ x-xutt minn barra l-kaxxa ta’ dan il-plejer imur barra.

BOV Plejer tal-Partita-Milos Mijic (Balzan)

Referee-Andrea Sciriha

Formazzjonijiet:

Balzan-J.Galea, A.Loof, M.Grima, P.Fenech (C) (58′ M.Duric), A.da Paixao (84′ S.Jalu), M.Johnson, U.Ljubomirac, M.Zlatkovic (84′ G.Camilleri), M.Mijic, B.Kaljevic (59′ A.Andrejic), S.Cipriott (84′ N.Frendo)

Gudja U.-G.Zammit, L.Beland (86′ L.Grech), A.J.Friggieri (72′ J.Dibola), R.Soares, L.Cremona, G.Mensah (86′ F.Pankarican), H.Vella (C), F.Romero Zuniga, J.Grioli (81′ K.Gatt), T.Abdul, M.Dias

Miktub minn...
TVM Sport