Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Balzan jieħdu tliet punti prezzjużi kontra Gudja

Kampjonat BOV Premier 2019/20

Gudja….0

Balzan…2

Balzan jitilgħu jokkupaw is-7 post tal-klassifika hekk kif irnexxilhom jirbħu lit-team ta’ Gudja.

L-ewwel azzjoni tal-partita tasal mas-6 minuti logħob meta pass ta’ Winchester lejn Zarate b’dan tal-aħħar jitfa’ l-ballun lejn Jimenez fejn waħdu quddiem il-lasta jolqot ħazin bil-ballun jispiċċa barra.

16-il minuta għal darba oħra Gudja meta freekick ta’ Grioli ballun iddevjat minn Montebello bil-gowler ta’ Balzan Naumovski idawwar f’corner.

23 minuta tasal l-ewwel azzjoni ta’ Balzan meta cross ta’ Bozovic lejn Paul Fenech li mill-viċin tefa’ ferm għoli.

39 minuta u Balzan imorru fil-vantaġġ meta pass ta’ Effiong lejn Correa li mill viċin tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka wara Zammit.

49 minuta żball fil-kaxxa ta’ Gudja bil-gowler Zammit isalva parzjalment bil-ballun f’saqajn Correa li għadda lejn Montebello fejn min qagħda angulata tefa’ ferm għoli.

83 minuta Gudja jispiċċaw jilgħabu bi player anqas hekk kif Imanol Benac Gonzalez ġie muri t-tieni karta safra.

86 minuta azzjoni għal Gudja meta pass ta’ Jimenez lejn Winchester li waħdu quddiem Naumovski naqas milli jikkonkludi bil-ballun jispiċċa mdawwar f’corner.

88 minuta Balzan jirduppjaw meta pass ta’ Effiong lejn Dimic bil-ballun jispiċċa għand Steven Pisani li xutt b’saħtu tefa’ fix-xibka wara Zammit.

Plejer tal-Loghba: Bozovic ( Balzan)

Ref: Trustan Farrugia Cann

Gudja: Glen Zammit, Jurgen Farrugia, Jonathan Bondin, Edison Bilbao Zarate, Renold Winchester, Llyewelen Cremona, Anderson De Barros, Miguel Jimenez, Juan Bolanos, Justin Grioli, Imanolo Benac Gonzales.

Balzan: Kristijian Naumovski, Augustine Loof, Dale Camilleri, Nenad Sljivic, Steven Pisani, Paul Fenech, Alfred Effiong, Ivan Bozovic, Ricardo Duarte Correa, Samir Arab, Luke Montebello.

Miktub minn...
TVM Sport