X

Kampjonat BOV Premier: Balzan jieħdu 3 punti f’partita li ddominaw

Story Published

KAMPJONAT  BOV PREMIER 2019/20

BALZAN FC……………….2

SLIEMA W. FC…………..1

Sliema ħarġu fuq l-attakk u fir-4 minuta  xutt angulat ta’ Cleangelo Jose Pereira u l-ballun jaħbat max-xibka minn barra.  Fis 17 –il minuta Juri Cisotti baqa’ javvanza fuq il-lemin bix-xutt finali tiegħu spicca ftit barra pero’ fil-25 minuta kienu Balzan li marru fil-vantaġġ. Kien korner li ngħata minn Stefan Dimic għola tajjeb Aleksander Kosoric u b’daqqa ta’ ras għeleb lil Kristjan Naumovski. Fid-39 minuta xutt fil-baxx ta’ Ricardo Correa Duarte u Naumovski salva bla diffikulta’.

Fit-52 minuta azzjoni tajba ta’ Jean Paul Farrugia li kompla lejn Juri Cisotti izda xutt ta’ dan ġie salvat tajjeb minn Naumovski. Fit-68 minuta Balzan għamlu l-iskor 2-0 meta kross ta’ Ivan Bozovic ġie konkluż għal ġewwa b’daqqa ta’ ras ta’ Stefan Dimic. Fil-75 minuta korner għal Sliema li ngħata minn Ryan Fenech u tenattiv ta’ Kurt Shaw ġie imblukkat mid-difiza ta’ Balzan.  Fil-85 minuta Sliema naqqsu d-distakk wara azzjoni ta’ korner, daħal tajjeb Jean Paul Farrugia u daqqa ta’ ras għeleb lil Naumovski. Fid-90 minuta free-kick ta’ Jean Paul Farrugia , salva mal-art il-goalkeeper ta’ Balzan. Fil-91 minuta Balzan tilfu penalty favur tagħhom, kien Shaw li waqqaf lil Efiong fil-kaxxa, pero’ mill 11 il-metru Jake Grech salva il penalty ta l’istess Effiong.

Rizultat finali : Balzan FC 2 v Sliema W.1

Referee: Matthew Degabriele.

BOV Player tal partita : Aleksander Kosoric (Balzan FC ).