Futbol lokali
Balzan jiksbu rebħa drammatika

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

Sliema Wanderers………1

Balzan FC………………….2

Balzan irreġistraw is-sitt rebħa staġjonali meta għelbu lil Sliema Wanderers bl-iskor ta’ 2-1.

Fl-ewwel rawnd kienu Balzan li rebħu lil Sliema bl-istess skor.

Balzan marru fil-vantaġġ wara 10 minuti logħob meta kien Uros Ljubomirac illi biddel il-ballun ma’ Luke Montebello u filwaqt li daħal fil-kaxxa żerżaq il-ballun fir-rokna tax-xibka.

Minuta wara Balzan kellhom gowl ta’ Montebello mħassar meta l-assistent referì ssenjala pożizzjoni rregolari.

Fis-16-il minuta, Sliema pprotestaw għal penalty meta Juri Cisotti deher jitwaqqa’ minn difensur Balzani iżda r-referi ħalla l-logħob għaddej. Mill-istess azzjoni xutt ta’ Vasilchik sab l-oppożizzjoni ta’ Naumoski.

Il-gowlkiper mill-Maċedonja reġa’ ddistingwa ruħu b’save fuq Cisotti.

Fis-27 minuta, Balzan ingħataw penalty meta d-difensur Slimiż Kurt Shaw waqqa’  lil Faria Machado fil-kaxxa. Inkariga ruħu mill-penalty Andrija Majdevac li ra lil Elezaj jinxteħet fuq in-naħa leminija tiegħu sabiex jilqa’ b’mod verament tajjeb.

Balzan komplew juru l-aħjar ideat u fl-34 minuta xutt ta’ Ljubomirac sab lil Elezaj attent.

B’Balzan jagħlqu l-ewwel taqsima 1-0 minn fuq.

Fit-tieni taqsima, il-Balzanin bdew tajjeb u rduppjaw l-iskor fit-48 minuta meta kien hemm azzjoni tajba ta’ Faria Machado li għadda lejn Luke Montebello li dar tajjeb u b’xutt fil-baxx għeleb għat-tieni darba lil Elezaj.

Fis-67 minuta, Sliema naqqsu l-marġni tal-iskor permezz tas-sostitut Claudio Zappa b’xutt fil-baxx minn barra l-kaxxa.

Fil-75 minuta xutt ta’ Majdevac għal Balzan għadda kemm kemm għoli.

Fit-78  minuta kien hemm save tajjeb ta’ Naumowski fuq xutt ta’ Cisotti.

Fit-82 minuta, Sliema tħassrilhom gowl meta Jean Paul Farrugia ġie ġġudikat li kien f’pożizzjoni rregolari.

Sliema W: Entonjo Elezaj, Michele Sansone (Jean Paul Farrugia 79 min), Aleksandar Satariano (Claudio Zappa 46 min), Kurt Shaw, John Mintoff,  Mark Scerri, Federico Vasilchik, Juri Cisotti, Arthur Oyama, Claudio Pani (Edmond Agius 55 min), Goran Adamovic.

Balzan FC: Kristijan Naumowski, Augustine Loof, Nenad Slivijic, Steven Pisani, Steven Bezzina, Paul Fenech, Uros Ljubomirac, Ivan Bozovic, Arthur Faria Machado (Dale Camilleri 80 min), Andrija Majdevac (Samir Arab 88 min), Luke Montebello (Alfred Effiong 71 min).

Imwissija: Claudio Pani, Arthur Oyama, Michele Sansone (S) Augustine Loof (B)

Skorjaw: Uros Ljubomirac 10 min, Luke Montebello 49  min (B)

Referì: Emanuel Grech.

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

FA TROPHY 2019/20 Swieqi Utd………..1 Ħamrun SP……….3 Wara ħames minuti logħob, Ħamrun ingħataw penalty meta Marc Attard waqqa’ lil Jorge Soares fil-kaxxa pero ix-xutt mil-ħdax il-metru tal-istess Soares kien imblukkat tajjeb…

Futbol lokali

Żewġ gowls lejn it-tmiem kienu biżżejjed sabiex il-liders tat-tieni diviżjoni San Ġiljan Saints jaħsdu lil Valletta St Pauls u jeliminawhom mill-kompetizzjoni tal-MAFA Knock-Out. It-tim minn San Ġiljan ingħaqad ma’ Versity…

Futbol lokali

FA Trophy 2019/20 Floriana……..2 Senglea………0 (Wara l-ħin barrani) Fit-tieni partita li  kellna fil-Hibs Stadium mill-FA Trophy il-leaders Floriana għaddew għall-kwarti tal-finali meta għelbu lil Senglea A. bl-iscore ta’ 2-0 fil-ħin…

Futbol lokali

FA Trophy 2019/20 Ir-4 Round Pembroke …..0 Hibernians…..5 Hibernians bla problemi kontra Pembroke u jgħaddu għall-kwarti finali b’rebħa ta’ 4-0. Mal-10 minuta tasal l-ewwel azzjoni tal-partita meta pass fit-tul ta’…

Aktar