Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Balzan miżmuma minn Floriana

KAMPJONAT BOV PREMIER

BALZAN………….1

FLORIANA……..1

Balzan u Floriana reġgħu spiċċaw il-konfront ta’ bejniethom fi draw ta’ 1-1, biex b’hekk Balzan xorta waħda għamlu ċert li jżommu posthom fil-quċċata, filwaqt li Floriana ħadu punt li donnu ma tantx niżlilhom għasel għaliex baqgħu jipprotestaw fuq il-goal li qalgħu, li iżda kien wieħed validu.

Il-kowċ ta’ Balzan, Bartolo wettaq erba’ bidliet mill-ħdax li bdew fid-draw kontra Valletta l-ġimgħa l-oħra, meta Ivan Janjusevic ħa post Sean Mintoff bejn il-lasti, u Alfred Effiong, Ryan Fenech u Bruno Glio de Oliveira bdew flok Michael Johnson, Uros Ljubomirac u Milos Lepovic. Fuq in-naħa l-oħra l-kowċ Aquilina beda bl-istess ħdax li bdew fir-rebħa kontra Ħamrun Spartans il-ġimgħa li għaddiet.

Fl-ewwel rawnd Floriana u Balzan kienu ħadu punt kull wieħed fid-draw ta’ 1-1.

L-ewwel azzjoni tal-logħba waslet mal-kwarta logħob meta mill-freekick ta’ Oyama, il-goalkeeper Janjusevic deher jinħasad imma rnexxielu jsalva xorta waħda. Minuta wara l-istess Janjusevic kellu jkun attent biex dawwar f’corner ix-xutt mid-distanza ta’ Nayar. Mas-sitta u tletin minuta Floriana marru fil-vantaġġ meta Nayar għadda ballun preċiż lejn Mario Fontanella li wara li dar mad-difensuri, b’xutt fil-baxx fir-rokna għeleb lil Janjusevic u għamilhom 1-0.

Reazzjoni minn Balzan fit-48 minuta meta d-difensuri tal-Greens ma rnexxilhomx itajru l-ballun, dan wasal għand Effiong li l-konklużjoni tiegħu kienet imtajra minn Akpan.  Sebgħa u ħamsin minuta u Effiong avvanza quddiem il-goalkeeper Akpan, li iżda kien fl-aħjar tiegħu sabiex tajjar ix-xutt tal-plejer ta’ Balzan. Mas-siegħa logħob Balzan ġabu d-draw meta Effiong qassam lejn Carlos Eduardo De Fiori Mendes li għeleb in-nasba tal-offside u b’xutt b’saħħtu tefa’ fix-xibka u għamilhom 1-1. Balzan kellhom iċ-ċans li anke jmorru fil-vantaġġ fl-64 minuta meta f’kontrattakk wasal quddiem Akpan imma tawwal il-ballun u l-goalkepper Furjaniż ma kellux problema jinnewtralizza. Balzan baqgħu ġejjin u fit-72 minuta kellhom ċans ieħor li jmorru minn fuq meta fuq il-ġirja Effiong daħal fil-kaxxa imma l-konklużjoni tiegħu għaddiet ċentimetri barra mill-wieqfa t’Akpan. Fit-78 minuta kellu jkun Ruiz li żamm l-iskor indaqs, meta mill-cross t’Effiong, id-daqqa ta’ ras ta’ Kaljevic għelbet lil Akpan u malli l-ballun deher dieħel fix-xibka, Ruiz tajjar il-ballun.

Riżultat finali: Balzan 1  Floriana 1

Referee: Matthew Degabriele

BOV Player tal-Logħba: Alfred Effiong ta’ Balzan

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Il-plejers u membri tal-istaff tekniku tat-tim nazzjonali Malti tal-futbol, dalgħodu għamlu ġest ta’ kuraġġ għal Jurgen Degabriele, l-attakkant ta’ Hibernians FC li weġġa’ fil-partita tas-Sibt li għadda mill-Kampjonat BOV Premier…

Futbol lokali

Għaxar plejers tal-Kampjonat BOV Premier ġew sospiżi partita mill-Kummissarju tad-Dixxipplina tal-Malta Football Association. Mosta FC għandhom sospiżi żewġ plejers; lil Juri Cisotti u lil Gianluca Cuomo. Plejers oħra li ġew…

Futbol lokali

Ħamsa u għoxrin sena wara r-rebħa storika ta’ Malta kontra l-Belġju fl-istadium nazzjonali f’Ta’Qali bl-iskor ta’ 1-0, Carmel Busuttil tkellem pubblikament għall-ewwel darba u ammetta li Raymond Vella, ‘il-Mundu’, kien…

Futbol lokali

L-ex President ta’ Floriana FC, uża l-paġna personali tiegħu ta’ facebook biex dalgħodu kiteb messaġġ lill-partitarji kollha tal-klabb. F’dan il-messaġġ, Said qal li fl-aħħar xhur, ġimgħat u jiem, diversi partitarji…

Aktar