Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Bejn illum u t-Tnejn tintlagħab is-seba’ ġurnata

Bejn illum u nhar it-Tnejn tintlagħab is-seba’ ġurnata tal-Kampjonat BOV Premier. Il-logħob kollu tas-seba’ ġurnata ser jintlagħab fis-Centenary Stadium, Ta’ Qali. Wieħed mill-aktar konfronti importanti ser ikun dak tas-Sibt kmieni waranofsinhar bejn Sirens u Floriana, l-ewwel żewġ timijiet bħalissa fil-klassifika tal-kampjonat. Il-Greens u Gżira UTD għadhom bla telfa, bi Gżira għandhom il-konfront jaħraq kontra Birkirkara. Min-naħa l-oħra, fin-naħa t’isfel tal-klassifika, Gudja UTD u Tarxien Rainbows għadhom ifittxu l-ewwel rebħa, b’Tarxien għadhom ankrati fil-qiegħ bla ebda punt.

Il-Ġimgħa 18 t’Ottubru

18:00 Mosta – Santa Lucia

20:15 Senglea A. – Sliema W.

Is-Sibt 19 t’Ottubru

15:00 Sirens – Floriana

17:15 Birkirkara – Gżira UTD

Il-Ħadd 20 t’Ottubru

15:00 Gudja UTD – Valletta

17:15 Tarxien R. – Balzan

It-Tnejn 21 t’Ottubru

19:00 Hibernians – Ħamrun S.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Futbol lokali: L-attakkant ta’ Gżira United Jefferson de Assis rebaħ l-unur tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Ottubru. De Assis irċieva t-trofew mingħand l-Uffiċjal Kap tal-Bank of Valletta Anthony Scicluna. Il-plejer għażel…

Futbol lokali

It-tim nazzjonali Malti tan-nisa llum wara nofs in-nhar jilgħab kontra l-Italja f’Castel di Sangro, logħba minn Grupp B ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonati tal-Ewropa 2021. Wara r-riżultat ta’ 1-1 kontra Iżrael tal-Ħamis…

Futbol lokali

Futbol lokali: It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena llum telaq lejn l-Italja għall-partiti mill-grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonat Ewropew ta’ din il-kategorija. Il-kowċ nazzjonali Winston Muscat għażel skwadra ta’ 20…

Aktar